Futbol lokali
Wara d-deċiżjoni ta’ 11 -il barrani fil-Premier: L-MFPA tgħid li ma taqbilx mal-proposta

Wara jumejn ilu l-Premier Division Standing Committee ħa vot favur l-introduzzjoni ta’ regolament għall-użu ta’ 11 -il player barrani fil-kampjonat Premier, il-Malta Football Players Association ħarġet il-pożizzjoni tagħha fejn qalet li ma’ taqbilx ma’ din il-proposta.

Filwaqt li sostniet li din id-deċiżjoni għad trid tkun approvata fil-kunsill tal-MFA wara li jittieħed vot, l-MFPA qalet li mingħajr programm serju ta’ żvilupp , il-proposta tal-Premier League Standing Committee se tkun qed taċċerta li l-klabbs ma jkollhomx għalfejn jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-plejers Maltin u l-futbol Malti. L-Assoċjazzjoni tal-players tenniet li jekk din il-proposta tgħaddi in-nies li jmexxu f-futbol se jkunu qed jisparaw f’saqajhom stess.

L-Istqarrija uffiċjali tal-MFPA:

Dwar l-aħbar li ħarġet il-bieraħ, fejn ġie imħabbar li l-Premier League Standing Committee (PDSC) approvat proposta biex in-numru ta’ barranin jiżdiedu għal 11 minn 7 kif inhu fil preżent, MFPA tixtieq tgħamel dawn il-kjarifiċi:
1. L-aprovazzjoni ġiet mill- Premier League Standing Committee, mhux mill-amministrazzjoni tal-MFA. Ġiet espressa kritika kbira lejn l-amministrazzjoni tal-MFA, imma l-pubbliku ġenerali għandu jkun jaf, li ma hijiex l-amministrazzjoni tal-MFA li qed tixpruna dawn il-proposti. L-istanding committee huwa magħmul minn rappreżentant wiħed minn kull klabb tal-Premieir. Il-President huwa s-Sur Tony Bezzina, is-Segretarju huwa s-Sur Mario Debono u l-konsultent legali huwa Dr. Chris Bonnet. Gzira, Sliema, and Pieta vvutaw kontra l-proposta. Floriana u St. Andrews kienu assenti.

Biex din il-proposta tidħol fis-seħħ, irid ikollha maġġoranza ta’ voti mill-Kunsill tal-MFA. Fil-kunsill, dawn għandhom dritt għal vot:
53 vot mill- Klabbs fil- Premier (14), l-Ewwel Diviżjoni (14), it-Tieni Diviżjoni (13) u t-Tielet Diviżjoni (12).
23 vot minn 12 il-Assoċjazzjoni Membru dawn jinkludu GFA, il-Youth FA, l-Assoċjazzjoni tar-Referee, MAFA, IASC, ISA, Employees Sports Association, District Football Leagues, Fustal, IASC, Beach Soccer Association, Masters League.
0 vot għall-Assoċjazzjoni Maltija tal-Plejers (MFPA) u għall- Futbol Femminili.

2. Sar sforz miftiehem biex jiġu konfużi l-kwistjonijiet tal-Parametri ma dik taż-żieda ta’ barranin fil-futbol lokali. Dan ma huwa xejn ħlief attentat biex jintrebaħ dak l-imsejjaħ ‘kompromess’. Il-verita hija, li l-kwistjonijiet huma kompletament distinti. Il-Parametri ġew iddikjarati illegali mill-UE u ġew aboliti minn madwar id-dinja kollha. Min-naħa l-oħra, dawn l-istess pajjiżi li ilhom snin li neħħew il-parametri, għandhom regoli huma stress li bihom jillimitaw in-numri ta’ barranin li jitħallew jilgħabu f’pajjiżhom. L-argument li qed iġibu l-klabbs, li biex jitneħħew il-parametri għandhom bżonn kompromess f’forma ta’ żieda fin-numru ta’ barranin, qisu qed jgħid, li biex wiħed jaċċetta li jieqaf jikser il-liġi, hemm bzonn jingħatalu rigal. Il-Parametri huma illegali, m’hemmx lok għal kompromessi!

3. F’dawn l-aħħar xhur, l-MFPA irċeviet numru ta’ rapporti ta’ esplojatazzjoni ta’ plejers barranin. F’ każ minnhom, il-klabb talab flejjes mingħand il-plejer biex jgħamel tajjeb għal investiment li mar żmerċ. F’każ ieħor xi 8 plejers kellhom jgħixu mgħafġin ġo appartament wiħed. Plejer ieħor kellu jaqsam l-istess sodda ma plejers differenti li kienu jiġu għal trials kull ġimgħa waqt il-pre-season. Dawn il-każijiet rappurtati involvew klabbs li vvutaw favur din il-proposta. L-istaġun li għadda MFPA għinet -il fuq minn 30 plejer barrani fi kwistjonijiet varji li jinkludu nuqqas ta’ ħlasijiet ta’ salarji, terminazzjonijiet ta’ kuntratti qabel iż-żmien u problemi ta’ akkomodazzjoni.

4. Finalment, u forsi l-iktar important, MFPA hija inkwetata li dawn il-miżuri ser jolqtlu l-qalb ta’ dak li huwa l-iktar importanti. Kulħadd jaqbel li biex jitjieb il-livell tal-futbol Malti, hemm bżonn ta INVESTIMENT FIN-NURSERIES. Il-klabbs tal-Premier sa issa kellhom inċentiv biex iżommu NURSERY għax kellhom bżonn plejers Maltin għat-tim tal-kbar. Din il-miżura saħansitra ser tneħħi kompletament l-inċentiv li klabb ikollu NURSERY, aħseb u ara kemm ser isir investiment serju fiha. Il-miżuri huma ta’ vista qasira u mmirati biex jiġu akkwistati plejers lesti, minflok isir investiment fin-NURSERIES. Pajjiżi oħra bi strutturi aħjar, b’riżorsi aħjar u b’kontijiet bankarji aktar f’saħħithom diġa ħadu miżuri bħal dawn u ħlief riżultati katastrofiċi ma ħarġux.
MFPA temmen li sakemm ma jkunx hemm programm u pjan ta’ żvilupp serju u professjonali fi ħdan il-klabbs tal-Premier League, kwalunkwe diskussjoni dwar żieda ta’ barranin għandha tieqaf immedjatament u għandna nikkunsidraw limitu fuq plejers li ġejjin minn barra mill-UE. Għandhom jibdew isiru diskussjonijiet dwar numru ta’ KLABB home-grown players (plejers li ġew imħarġa fi ħdan l-istess klabb irrispettivament min-nazzjonalita) fi ħdan l-iskwadra ta’ 18, sabiex jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp ta’ plejers żgħar u tingħata iktar opportunita lil plejers prodotti mill-klabb ,sabiex jaslu fl-ewwel team. Dan beda jseħħ fil-kampjonat Ingliż, League 1 u League 2. Jekk aħna serjament nixtiequ ngħollu l-livell tal-futbol Malti, irridu niggarantixxu provvista ta’ ġenerazzjonijiet futuri ta’ plejers Maltin b’livell tajjeb ta’ futboll u fundazzjoni biżżejjed sabiex ikunu f’pożizzjoni jikkompetu fl-għola diviżjonijiet f’Malta u barra. Huwa argument irrazzjonali dak li jgħid plejer jekk huwa tajjeb xorta jista’ jilgħab. Talent mingħajr fondazzjoni tajba u mingħajr opportunitajiet spissi ta’ logħob fl-għola livell, qatt ma jista’ jiżviluppa. Ejja nkunu onesti u nammettu, li fil-prattika, klabb qatt ma huwa ser jgħazel li jilgħab plejer li għadu qed jiżviluppa, jekk jistgħu jgħażlu xi hadd li diġa kellu żmien jiżviluppa.

MFPA dejjem pruvat tkun parti mis-soluzzjoni, infatti, ittieħdet l-inizjattiva li titqabbad Kumpanija Internazzjonali li xogħola huwa li tanalizza nurseries u tagħmel rakkomandazzjonijeit għall-iżvilupp tan-nurseries u tat-tfal li jattendu. Din il-kumpanija diġa kellha suċċessi kbar meta ħadmet mal-federazzjoni Ġermaniża u l-federazzjoni Belġjana. Bħalissa bis-saħħa tal-MFPA qed taħdem ma NURSERY lokali. L-iskop huwa li nirċievu rispons dwar problem u soluzzjonijet fin-nurseries tagħna biex b’hekk inkunu nistgħu niddiskutu mal-istakeholders involuti.

Mingħajr programm serju ta’ żvilupp , il-proposta tal-Premier League Standing Committee ser tkun qed taċċerta li l-klabbs ma jkollhomx għalfejn jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-plejers Maltin u l-futbol Malti. Jekk din il-proposta tgħaddi issa, inkunu qed nisparaw f’saqajna stess.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Valletta……6 Qormi……..0 Valletta ħadu t-tieni rebħa konsekuttiva fil-kampjonat BOV Premier meta kontra Qormi huma rebħu bl-iskor ta’ 6-0, f’logħba li sa mill-ewwel minuta tagħha dehret li…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2018/19 Pieta H. ….1 Senglea A…1 Wara 5 minuti logħob xutt fil- baxx ta’ Romani Tcanturia ġie salvat faċilment minn Nicky Vella. Fil 15 –il minuta ħarba…

Futbol lokali

Football lokali: Il-Kampjonat BOV Premier ikompli bil-raba’ ġurnata b’dan il-programm: Il-Ġimgħa Stadium Nazzjonali 19:00 Valletta – Qormi Victor Tedesco Stadium 18:00 Pieta’ Hotspurs – Senglea Athletic 20:15 Balzan – Mosta…

Futbol lokali

Il-klabb tal-Kampjonat BOV Premier Senglea Athletic ħabbar li żewġ plejers mill-Arġentina li kienu diġà mal-klabb is-sena l-oħra repgħu ngħaqdu mal-klabb mill-Kottonera. Iż-żewġ plejers huma Matias Garcia u Augusto Casetes.

Aktar