Motorsport
Warren Sciberras jikkompeti fil-BMW Car Club Racing Event fir-Renju Unit

Warren Sciberras, membru tal-Island Car Club, ġie mistieden biex jikkompeti fil-BMW Car Club Racing Event fi Snetterton, il-Ħadd 17 t’Ottubru.

Sciberras kontinwament tejjeb il-wirja tiegħu, adatta tajjeb għall-karozza u għalkemm kellu xi diffikultajiet fit-tluq tal-ewwel żewġt itlielaq huwa għamel ħin ta’ 2 minuti, 21.66 sekondi, li huwa 2 sekondi aħjar minn karozzi aktar b’saħħithom. Sciberras wassal il-karozza sħiħa, tejjeb il-ħin ma’ kull dawra taċ-ċirkwit u kellu esperjenza pożittiva ħafna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA