Waterpolo
Waterpolo: Birżebbuġa fil-finali tal-kompetizzjoni KO tal-ewwel diviżjoni wara rebħa fuq Valletta

Fil-Pixxina nazzjonali f’tal Qroqq Birżebbuġa Freeport għelbu lil Valletta Videoslots bl-iscore ta’ 12-11 fis-semifinali ta l-1 Div tan KO. Partita li bdiet bilanċjata fl-ewwel żewġ sessjonijiet madankollu B’bugia ddominawa t-tielet sessjoni meta rebħuha 5-2 u l-aħħar sessjoni tispiċċa 2-1 favur Valletta.

L-aqwa scorers kienu Antonio Petkovic u Antun Goreta – iż-żewġ barranin ta’ Birżebbuġa b’ħames gowls kull wieħed fil-partita. Birżebbbuġa issa jiltaqgħu kontra M’scala fil-finali tan-KO nhar il-Ħadd 25ta’ Awwissu.

Minn naħa l-oħra r-rebħa ta’ Sliema il-bieraħ fuq Sirens bl-iscore ta’ 14-7 fis-semifinali tan-KO tal-Kampjonat Premier tlaqqa’ fil-finali ukoll nhar il-25 ta’ Awwissu lil Neptunes jew M’Xlokk – skond minn jirbaħ illejla bejnithom. Partita li tibda fis-7 ta’ filgħaxija fil-Pixxina Nazzjonali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-plejers tal-waterpolo bl-aqwa prestazzjoni matul l-istaġun tal-2019 tal-BOV Water Polo ġew ippreżentati bl-unuri tal-BOV Water Polo Plejers tas-Sena għall-2019 matul avveniment li sar fil-Premium Banking Centre tal-Bank of Valletta f’Santa…

Waterpolo

Nhar il-Ġimgha 29 ta’ Novembru se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-ASA, fejn il-President attwali Joe Caruana Curran mhux se jkun ikkontestat għal din il-kariga u allura se jkun elett fil-kariga…

Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej. Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’…

Aktar