Waterpolo
Waterpolo: Bejn illejla u għada tintlagħab il-ħames ġurnata tar-Round Preliminari

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab il-ħames ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf. B’kollox ser jintlagħbu ħames logħbiet qabel il-ġimgħa d-dieħla jibdew jintlagħbu l-Cross Overs.

Illejla

18:15 Ta’ Xbiex Aquatic Sports Club – Marsaxlokk Brown’s

19:30 Sliema Frank Salt Real Estate – San Ġiljan TUM Invest

 

Għada

16:45 Exiles Ferretti – Valletta Izibet

18:00 Marsaskala Fish n Fish – Birżebbuġa Malta Freeport

19:15 Neptunes Waterpolo Sports Club – Sirens Aquatic Sports Club

 

Kif tħabbar ilbieraħ mill-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku (ASA), il-logħob fil-Pixxina Nazzjonali ser isir bil-bibien magħluqa sakemm jinħareġ avviż ieħor, filwaqt li l-atleti u l-għawwiema huma mħeġġa li ma jużawx ix-showers tal-pixxina.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni – Play-offs Otters Nivea 4   Marsaxlokk Brown’s 11 Rebħa komda oħra għal Marsaxlokk kontra Otters meta rebħulhom 11-4. Ix-Xlukkajri rebħu l-erba’ sessjonijiet 2-1, 4-2, 2-1 u…

Aktar