Waterpolo
Waterpolo: Daniel Aquilina mhux se jibqa’ President ta’ San Ġiljan ASC

Waterpolo: Wara li t-team ta’ San Ġiljan kellu kampjonat diżappuntanti – tant li falla milli jakkwista post fil-finali hekk kif tilef kontra Sliema 10-9 fil-logħba deċiżiva, kienet ikkonfermata r-riżenja tal-President Daniel Aquilina. L-aħbar ħasdet lil bosta b’mod speċjali lis-supporters Ġiljaniżi, għaliex kien propju taħt il-gwida t’Aquilina li San Ġiljan kiseb bosta suċċessi wara nuqqas ta’ kważi 20 sena. Il-Kumitat ta’ San Ġiljan filwaqt li kkonferma r-riżenja qal li Dr Aquilina kien diġa’ wera’ x-xewqa li jirriżenja f’Marzu li għadda iżda ġie konvint biex jibqa’ għal ftit xhur oħra. San Ġiljan irringrazzjaw lil Dr Aquilina tas-servizz li ta lil Club.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Fil-Pixxina Nazzjonali bejn illejla u għada tintlagħab is-sitt ġurnata tal-Kampjonat tas-Sajf fejn ser jibdew jintlagħbu l-Cross Overs. It-Tlieta 18:15 Otters Nivea – Marsaxlokk Brown’s 19:20 Sirens Mecca Marine Enterprises –…

Waterpolo

San Ġiljan pattew għat-telfa fil-finali tal-Enemend Cup 2020 kontra Sliema billi fl-ewwel logħba bejniethom fil-ħames ġurnata tar-Round Preliminari tal-kampjonat huma rebħu bl-iskor ta’ 9-8kontra l-Blues.  Logħba mill-isbaħ b’rebħa sofferta għal…

Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab il-ħames ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf. B’kollox ser jintlagħbu ħames logħbiet qabel il-ġimgħa d-dieħla jibdew jintlagħbu l-Cross Overs. Illejla 18:15 Ta’ Xbiex Aquatic…

Waterpolo

Il-bieraħ kompla l-kampjonat tal-waterpolo fejn fl-iktar logħba missielta u bilanċjata li kellna s’issa f’dan l-istaġun Birżebbuġa għelbu lil Sirens 9-8. Iż-żewġ logħbiet l-oħra kienu mingħajr storja bit-timijiet tal-Balluta jiksbu rebħiet…

Aktar