Waterpolo
Waterpolo: Dino Zammit jirritorna Malta l-Ħadd, wara li weġġa’ spalltu kontra Franza

Daqqa ta’ ħarta kbira għat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo hekk kif tard il-Ġimgħa filgħaxija ttieħdet id-deċiżjoni li l-player Dino Zammit jintbgħat lura d-dar sabiex jirkupra mill-injury li sofra fil-logħba kontra Franza fl-aħħar logħba tar-round Preliminari Grupp B.

“Din hi sitwazzjoni xejn feliċi għalina u daqqa ta’ ħarta kbira għat-team hekk kif Dino hu player vitali għalija u dejjem beda mal-ewwel seba” din kienet l-ewwel reazzjoni tal-kowċ Nazzjonali Karl Izzo meta tard bil-lejl kienet konfermata l-gravita’ tal-injury tiegħu.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li Zammit qala’ spaltu x-xellugija  meta avversarju ġibdu b’saħtu minn taħt l-ilma bil-konsegwenza li l-player ta’ San Ġiljan kellu jitla’ mill-ilma wara biss żewġ minuti u nofs logħob mill-ewwel sessjoni.

Minkejja li Zammit kien medikat fuq id-deck ftit wara waqt li kienet għada għaddeja l-logħba, hu ttieħed l-Isptar għall-aċċertazzjonijiet u biex ikun konfermat li spaltu tpoġġietlu lura kif suppost. Minkejja dan, l-uġiegħ kien evidenti u l-player baqa’ muġugħ sa tard filgħaxija.

L-ASA u l-istaff mediku nformaw lit-team ta’ San Ġiljan bl-iżviluppi kollha u ttieħdet id-deċiżjoni li l-player jirritorna Malta l-Ħadd u allura se jkun qed jitlef l-aħħar żewġ logħbiet tan-Nazzjonal tal-Ħadd kontra l-Islovakkja u jekk nitilfu kontra t-Turkija nhar it-Tlieta. Il-player mistenni jibda r-rijabilitazzjoni mill-injury sa mit-Tnejn mal-istaff mediku tal-Club tiegħu.

Ir-regolamenti tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN ma jippermettux li t-team Malti jsejjaħ player ieħor flok Zammit.

Il-Maltin mistennija jkollhom sessjoni ta’ recovery is-Sibt fil-11am fil-Pixxina ta’ Barceloneta.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Il-Club ta’ Neptunes estenda l-permanenza tal-goalkeeper tagħhom Alan Borg Cole għal erba’ snin oħra mal-Club. Filfatt Borg Cole estenda l-kuntratt mal-Club mill-Balluta b’erba snin oħra. Il-Kuntratt kien iffirmat bejn…

Waterpolo

Bl-istaġun tal-waterpolo lokali magħluq Neptunes għamlu l-ewwel pass fis-suq tat-trasferimenti u assiguraw il-player żagħżugħ tagħhom Jeremy Abela għal xejn inqas minn erba’ snin oħra mal-Club. Abela magħruf bħala l-‘iŻnoq’ kien…

Waterpolo

L-ASA flimkien ma’ SportMalta organizzaw diversi tournaments matul il-ġimgħa Ewropea tal-Isport u l-kampanja Be Active. It-tournaments li saru fid-19 u l-21 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq, kienu jinkludi logħbiet għal…

Aktar