International Sports
Waterpolo: Elena Borg fl-azzjoni għada ma’ Verona fil-playoff semi finali deċiżiva kontra Padova

Il-Player Maltija tal-waterpolo Elena Borg għada se tkun impenjata mat-team tas-Serie A1 Verona għat-tielet u l-aħħar logħba minn tlieta tas-semi finali playoff għar-rebħ tal-kampjonat 2020/21.

Verona se jkunu qed jaffrontaw lill Padova fil-logħba deċiżiva hekk kif Verona rebħu l-ewwel logħba 15-10 iżda tilfu t-tieni waħda 13-9 u allura l-logħba ta’ għada waranofsinhar hija kruċjali għal min se jikkwalifika biex jilgħab fil-finali għar-rebħ tal-kampjonat kontra Roma jew l-Eikpe Orizzonte.

Elena Borg ilha tilgħab fl-Italja għal dawn l-aħħar ħames snin u għandha ċ-ċittadinanza taljana u lagħabet diġa mat-team nazzjonali ta’ taħt l-20 sena tal-Italja.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.