Waterpolo
Waterpolo – Enemed Cup 2019: Rebħiet għan-Neptunes, Sirens u Sliema

Waterpolo – jiftaħ l-istaġun tal-Waterpolo f’pajjiżna bl-Enemed Cup 2019.

San Ġiljan Tum Invest 5 Neptunes Leo Vegas 12

Neptunes Leo Vegas għelbu lis-San Ġiljan Tum Invest bil-punteġġ ta’ 12-5, bin-Neptunes jirbħu l-ewwel tliet sessjonijiet, u r-raba’ waħda rebħuha San Ġiljan. L-ewwel sessjoni Neptunes rebħuha 2-1, bit-tieni waħda jirbħuha 4-1 u t-tielet waħda rebħuha 5-1. Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni rebħuha San Ġiljan 2-1. L-aqwa skorer għan-Neptunes kien Jake Muscat li skorja erba’ gowls.

Sirens Greentube 9 Valletta Videoslots 8

Rebħa minima għas-Sirens Greentube fuq Valletta Videoslots bl-iskor ta’ 9-8. L-ewwel żewġ sessjonijiet rebħuhom Valletta 3-1 u 2-1, b’Sirens jirbħu t-tnejn ta’ wara, 4-2 u 3-1. Għal Sirens l-aqwa skorer kien John Brownrigg li skorja tlieta, filwaqt li għall-Valletta Charlie Zammit skorja erbgħa.

Sliema Frank Salt 9 Birżebbuġa Freeport 4

Rebħa tajba għal Sliema Frank Salt li għelbu lill-Birżebbuġa Freeport 9-4. L-ewwel sessjoni ntemmet fid-dro ta’ 2-2, bit-tieni waħda tintrebaħ mis-Sliema 2-0. Sliema rebħu anke t-tielet sessjoni 4-0, bl-aħħar sessjoni jirbħuha Birżebbuġa 2-1. L-aħjar skorer għas-Sliema kien Jerome Gabarretta bi 3 gowls filwaqt li David Cutajar kien l-aħjar skorer ta’ Birżebbuġa bi tnejn.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA