Waterpolo
Waterpolo: Enemed Cup 2021

Illum kellna żewġ logħbiet  mit-Tazza Enemed. Fl-ewwel konfront li beda fis-sitta u nofs ta’ filgħaxija Sliema Frank Salt għelbu l-isfida ta’ Exiles 14-6. L-ewwel sessjoni intemmet 2-0 għal Sliema. It-tim immexxi minn Sergio Afric rebaħ wkoll it-tieni sessjoni 3-0. Fit-tielet sessjoni kellna wkoll dominju tat-tim Slimiz fejn ħarġu rebbieħa 6-1 biex fl-aħħar sessjoni Exiles daħlu fil-logħba u rebħuha 3-5 iżda kien tard wisq biex idawwru r-riżultat. Skor finali Sliema Frank Salt 14-6 Exiles.

 

Fit-tieni konfront tal-ġurnata Neptunes għelbu lil Valletta Izibet bl-iskor ta’ 12-4. L-erba’ sessjonijiet intrebħu kollha minn Neptunes b’dawn r-riżultati 4-3 / 1-0 / 3-0, bl-aħħar sessjoni tispiċċa 4-1.

Miktub minn...
TVM Sport
.