Waterpolo
Waterpolo – Enemed Cup: Rebħiet komdi għal Sliema u Neptunes

Enemed Cup

Sliema Frank Salt  14-6  Exiles

Sliema kienu b’saħħithom wisq għal Exiles fl-Enemed Cup meta rebħulhom 14-6. Sliema għamlu ċert mir-rebħa fl-ewwel tliet sessjonijiet, b’Exiles jirbħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni.

Sliema rebħu l-ewwel sessjoni 2-0, u kabbru l-vantaġġ fit-tieni sessjoni meta rebħuha 3-0. Fit-tielet sessjoni wasal l-ewwel gowl t’Exiles, li iżda ma kienx biżżejjed kontra s-sitta li skurjaw Sliema. B’hekk, sat-tielet sessjoni, ir-riżultat kien diġà 11-1 favur Sliema.

Ir-raba’ u l-aħħar sessjoni rebħuha l-Exiles 5-3, bir-riżultat finali 14-6.

L-aqwa skorer ta’ Neptunes kien Zach Mizzi li skorja ħames gowls filwaqt li Jerome Gabarretta, Matthew Mifsud u John Brownrigg skurjaw tnejn kull wieħed.

Neptunes  12-4  Valletta Izibet

Neptunes rebħu s-sessjonijiet kollha kontra Valletta f’logħba oħra mill-Enemed Cup li ntlagħbet fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq. Neptunes rebħu bil-punteġġ ta’ 12-4.

Is-sessjonijiet mirbuħa minn Neptunes kienu hekk: 4-3, 1-0, 3-0 u 4-1.

L-aqwa skorer għal Neptunes kien Jeremy Abela li skorja 3 gowls, filwaqt li Gabriel Pace, Michael Spiteri Staines, Alec Fenech u Sam Gialanze skorjaw tnejn kull wieħed.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA