Waterpolo
Waterpolo: Għada fl-10am l-aħħar logħba kontra l-Olanda diretta fuq TVM2

L-Erbgħa fl-10am se tkun il-ħames u l-aħħar logħba tat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ din l-34 edizzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest l-Ungerija.

Ma kienux għaxart’ijiem faċli għall-players u ż-żewġ coaches Izzo u Farrugia li kellhom jaffaċjaw jiem twal u diffiċli l-iktar wara d-daqqa ta’ ħarta kbira li ħadna wara t-telfa kontra t-Turkija fil-logħba kruċjali ta’ Grupp Ċ. Wara dik il-logħba żewġ telfiet oħra kontra l-Ungerija u s-Slovakkja b’dik kontra l-iSlovakki minkejja kollox kienet telfa li tħalli sinjali pożittivi lejliet l-aħħar logħba tal-Erbgħa filgħodu kontra l-Olanda għall-15 -il post.

Pero’ żgur li ma rridux nilludu ruħna hekk kif kemm mir-rankings u anke mir-riżultati miksuba l-Olanda jidhru li se jkunu għadma iebsa aktar milli kienu l-Islovakkja.

L-‘Orange’ rebħu l-ewwel logħba tagħhom fil-grupp 9-8 kontra r-Rumanija u wara tilfu 15-9 mar-Russja, 11-4 mas-Serbja u wara tilfu b’goal wieħed biss 9-8 kontra Franza u kien biss bir-regola tal-goal average li spiċċaw l-aħħar fil-grupp.

Din se tkun l-ewwel darba li Malta u l-Olanda se jiltaqgħu f’logħba fil-kampjonati ewropej tal-LEN iżda bejn iż-żewġ teams kien hemm preċedenti oħra f’diversi logħbiet ta’ kwalifikazzjoni fosthom l-aħħar darba f’Utrech ħames snin ilu eżatt fis-27 ta’ Frar tas-sena 2015 meta l-Olandiżi kienu rebħu 19-11.

Żewġ sessjonijiet it-Tlieta bl-aħħar rapporti mill-kamp Malti huma li qed isir dak kollu possibli sabiex ikun irkuprat ic-centre forward tat-team Jerome Gabaretta li t-Tlieta qam ma’ jifħalx.

Inatant ir-referee internazzjonali Malti li jinsab f’Budapest ukoll Peter Balzan it-Tlieta ikontrolla l-ħames logħba tiegħu f’dan il-kampjonat meta rrefja l-logħba għad-disa’ post tan-nisa bejn il-Kroazja u l-Iżrael.

L-aħħar logħba ta’ dan il-kampjonat Ewropew l-34 wieħed fl-istorja tal-LEN, Malta – Olanda fl-10am b’xandira diretta fuq TVM2 u tvm.com.mt.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-Pitch tal-Waterpolo tal-Valletta Utd għadu jinsab fi stat diżastruż, pitch li fil-passat kien il-mekka tal-waterpolo lokali fejn anke kien jospita mhux biss logħbiet tal-kampjonat lokali iżda wkoll Tournaments Internazzjonali li…

Fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq l-ASA organizzat it-tlugħ tal-Poloz tal-kampjonat tax-Xitwa li se jkollu l-parteċipazjoni ta’ 11 -il team li se jkunu sitta fil-Kampjonat Premier u ħamsa fl-Ewwel Diviżjoni. Dawn il-kampjonati se…

Waterpolo

L-Ungerija huma ċ-champions Ewropej meta fil-finali li ntlagħbet illejla u li xxandret dirett fuq TVM2, huma għelbu lil Spanja bl-għoti tal-penalties wara erba’ sessjonijiet spettakolari fejn ir-riżultat intemm 9-9. Iż-żewġ…

Waterpolo

Il-finali tal-kampjonat Ewropew tal-waterpolo tal-Len 2020 se tixxandar diretta llejla fuq TVM2 fis-19.00 b’kummentarju ta’ Sandro Micallef. Il-finali se tintlagħab bejn l-Ungerija, li ospitaw dawn il-kampjonati u Spanja. It-tim nazzjonali…

Aktar