Waterpolo
Waterpolo: Għada jibdew il-finali għar-rebħ tal-kampjonat

Waterpolo: Għada jibdew iż-żewġ serje tal-playoffs tal-finali tal-kampjonati Premier u tal-Ewwel Diviżjoni.
Is-serje tibda bl-ewwel logħba finali l-aħjar minn tlieta għall-unur tal-ewwel diviżjoni fejn fis-6.15pm jilagħbu l-ewwel logħba ta’ bejniethom Valletta Videoslots u Marsaskala Fish and Fish.
Wara din il-logħba fis-7.3pm jiltaqgħu Neptunes Leo Vegas u Sliema Frank Salt Real Estate ukoll f’sensiela tal-aħjar minn tliet logħbiet.

It-Tieni logħba bejn Valletta u Marsaskala u Neptunes Sliema tintlgħab nhar is-Sibt li ġej bil-possibilita’ li dawk ikunu l-logħbiet deċiżivi. Jekk ikun hemm bżonn tat-tielet logħba din issir l-Erbgħa 11 ta’ Settembru. Intant is-Sibt fil-5pm tintlgħab id-decider għar-rebħ tal-kampjonat ta’ taħt -il 15 -il sena bejn Sliema u Neptunes.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej. Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’…

Waterpolo

Illejla jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo tal-LEN li se jintlagħbu f’Budapest l-Ungerija f’Jannar tas-sena d-dieħla. Malta se tkun fl-urna numru 4 fil-polza mal-Ġermanja, Franza, u Olanda. Dan ifisser li permess…

Aktar