Waterpolo
Waterpolo – Għada jkun deċiż min ser jirbaħ il-kampjonat tas-sajf

Ser tkun it-tielet u l-aħħar play-off li tiddeċiedi min ser jirbaħ il-kampjonat tas-sajf bejn Neptunes Leo Vegas u San Ġiljan Tum Invest wara li l-Ġimgħa filgħaxija, kienu l-Ġiljaniżi li rebħu t-tieni play-off fil-ħin barrani. L-ewwel sessjoni rebħuha n-Neptunes bl-iskor ta’ 3-1, bit-tieni u t-tielet sessjoni jispiċċaw fi draw, 1-1 u 2-2 rispettivament. Ir-raba’ sessjoni kienet mirbuħa minn San Ġiljan bl-iskor ta’ 3-1 biex b’hekk ir-riżultat kien ta’ 7-7 u l-logħba kellha tmur għall-ħin barrani. Fl-ewwel sessjoni tal-ħin barrani ż-żewġ timijiet skurjaw gowl kull wieħed biex l-iskor parzjali kien ta’ 8-8, imma fis-sitt u l-aħħar sessjoni, San Ġiljan Tum Invest irnexxielhom jiskurjaw il-gowl tar-rebħa biex b’hekk ħarġu rebbieħa 9-8. L-aqwa skorers għal Neptunes kienu l-captain Niki Lanzon, Gabriel Pace u Stevie Camilleri b’żewġ gowls kull wieħed, filwaqt li għal San Ġiljan Andreas Galea rnexxielu jsib ix-xibka tliet darbiet. Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referees Mario Dalli u Luca Bianco.

Aktar kmieni, fit-tieni play-off għat-tielet u r-raba’ post tal-istess kampjonat, Sliema Frank Salt għelbu lil Sirens Greentube bil-punteġġ ta’ 13 bi 8. Sliema rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet, 4-1, 3-2 u 5-3 biex pjuttost kellhom vantaġġ komdu sakemm daħlu fir-raba’ u l-aħħar sessjoni. Sirens irnexxielhom jirbħu r-raba’ sessjoni 2-1, fejn l-aqwa skorers għalihom kienu Isaiah Riolo u John Brownrigg b’2 gowls kull wieħed, filwaqt li għal Sliema Jerome Gabarretta skorja 4. Il-logħba kienet ikkontrollata minn Ronnie Spiteri u Gianluca Centineo.

Fit-tieni play-off tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, rebħa minima għal Marsaxlokk Browns fuq Birżebbuġa Freeport bil-punteġġ ta’ 11-10, f’logħba li wkoll marret fil-ħin barrani. L-ewwel sessjoni ntrebħet minn Birżebbuġa 5-3, bit-tieni waħda tispiċċa fi draw ta’ 1-1. It-tielet sessjoni kienet mirbuħa minn Marsaxlokk 2-0 u r-raba’ sessjoni spiċċat fi draw ta’ 3-3. B’hekk ir-riżultat kien ta’ 9-9 u fil-ħin barrani Marsaxlokk irnexxilhom ikunu gowl fl-ewwel sessjoni meta rebħuha 2-1, filwaqt li fl-aħħar sessjoni ma ġie skurjat l-ebda gowl għal riżultat finali ta’ 11-10. L-aqwa skorer għal Birżebbuġa kien David Cutajar li skorja tlieta, filwaqt li għal Marsaxlokk Norbert Hosnyyanszky skorja sitta. Il-logħba kienet ikkontrollata minn Massimo Angileri u Luca Bianco.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

San Ġiljan huma r-rebbieħa tan-Knock Out tal-irġiel fl-aħħar partita tal-istaġun meta fil-finali tat-Tlieta filgħaxija rnexxielhom jegħlbu lil Neptunes bl-iskor ta’ 10 għal 9. San Ġiljan pattew għad-diżappunt tal-kampjonat meta fl-aħħar…

Waterpolo

Waterpolo hekk kif illum intlgħabet it-tielet u l-aħħar logħba li kienet deċiżiva bejn San Ġiljan u Neptunes għar-rebħ tal-kampjnat 2018, finali li fiha Neptunes rebħu bl-iskor ta’ 7-6 bil-goal deċiżiv…

Waterpolo

Neptunes Leo Vegas rebħu l-ewwel logħba tal-finali minn tliet logħbiet hekk kif it-Tlieta filgħaxija rebħu 13-10 kontra San Ġiljan. L-aħjar skorer fil-logħba kien Stevie Camilleri b’sitt gowls. Din kienet l-ewwel…

Aktar