Waterpolo
Waterpolo: Għada kontra t-Turkija l-aħħar tama biex niksbu rebħa, Grixti ma’ jiflaħx

L-Aħħar logħba kontra t-Turkija hija l-aħħar ċans għat-team Malti li jtemm fuq nota pożittiva dan il-kampjonat Ewropew tal-LEN 2018. L-istennija tal-publiku sportiv hu li t-tem Malti tal-inqas jirrepeti l-istess riżultat ta’ sentejn ilu meta Malta kienet spiċċat fil-15 -il post. Dakinhar 22 ta’ Jannar tas-sena 2016 il-Maltin ma’ kienux rebħu sal-ħin regolamentari hekk kif il-logħba kienet intemmet 10-10 sabiex Malta eventwalment rebħet bil-penalties 14-13.

Dakinhar fl-għoti tal-penalties il-goalkeeper ta’ Sirens Nicky Grixti kien salva żewġ penalties iżda probabilita kbira li t-Tlieta mhux se jkun jista’ jilgħab hekk kif il-goalkeeper ta’ Sirens jinsab ma’ jiflaħx u beda kors ta’ antibijotoċi.

Il-Moral hu li hu wara erba’ telfiet iktar u iktar wara d-diżappunt tal-Ħadd kontra l-Islovakkja f’logħba li l-avversarji ma’ kienux ħafna superjuri minnha.

B’żewġ pedini importanti fit-team nieqsa għaliex apparti Grixti t-team hu orfni wkoll tal-player ta’ San Ġiljan Dino Zammit li wasal Malta fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn wara li weġġa’ fil-logħba kontra Franza, l-affarijiet huma kkumplikati aktar milli jidhru.

It-Tama l-aħħar li tmut, iżda l-qawl Malti jgħid li trid tgħin ruħek biex Alla jgħinek u allura jekk se nilgħabu kif lagħbna kontra l-Iskovakkja addio 15 -il post.

Izzo u Farrugia t-Tnejn filgħaxija ħadmu mal-players fuq il-Man Ups li kienu ta’ detriment għaliex id-distakk fit-telefiet kien wieħed notevoli. Wieħed għalhekk iħares b’ottimiżu lejn l-aħħar impenn hawn f’Barcelona.

Malta – Turkija il-finali għall-15 -il post it-Tlieta fl-10.30am b’xandira diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Il-Club ta’ Neptunes estenda l-permanenza tal-goalkeeper tagħhom Alan Borg Cole għal erba’ snin oħra mal-Club. Filfatt Borg Cole estenda l-kuntratt mal-Club mill-Balluta b’erba snin oħra. Il-Kuntratt kien iffirmat bejn…

Waterpolo

Bl-istaġun tal-waterpolo lokali magħluq Neptunes għamlu l-ewwel pass fis-suq tat-trasferimenti u assiguraw il-player żagħżugħ tagħhom Jeremy Abela għal xejn inqas minn erba’ snin oħra mal-Club. Abela magħruf bħala l-‘iŻnoq’ kien…

Waterpolo

L-ASA flimkien ma’ SportMalta organizzaw diversi tournaments matul il-ġimgħa Ewropea tal-Isport u l-kampanja Be Active. It-tournaments li saru fid-19 u l-21 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq, kienu jinkludi logħbiet għal…

Aktar