Waterpolo
Waterpolo: Għada l-Ungerija jridu jirbħu u jiskorjaw ħafna goals kontra Malta

L-Għada tat-telfa kontra t-Turkija, l-moral żgur li mhux wieħed għoli wara d-diżappunt fit-tieni logħba ta’ Grupp Ċ. Żewġ sessjonijiet ta’ taħriġ il-Ġimgħa fejn fihom il-players riedu jirrikomponu ruħhom u jaraw bejniethom kif se jaffrontaw din is-sitwazzjoni li b’moral baxx issa jridu jaffrontaw lill-Ungerija s-Sibt filgħaxija fit-tielet logħba ta’ dan il-kampjonat Ewropew. L-Ungerija li qedgħin jilagħbu home f’dan il-kampjonat għandhom aspirazzjoni ta’ midalji u xejn mhux se jissodisfhom iktar. Fil-passat l-Ungerija rebħu dan il-kampjonat xejn inqas minn 12 -il darba bl-aħħar wieħed ikun fl-1999. Huma jridu jpattu għad-diżappunt tal-edizzjoni ta’ Barcelona meta naqqsu milli jispiċċaw fuq il-podju.

Id-draw ta’ 11-11 fl-istess Grupp tagħna bejn l-Ungerija u Spanja xejn ma kien riżultat komfortabbli għat-team nazzjonali Malti li issa se jkun qed jaffaċja lill-Ungeriżi li l-iskop aħħari tagħhom se jkun mhux biss li jirbħu t-tlett punti iżda li jiskorjaw kemm jista’ jkun goals sabiex jipprovaw itemmu fl-ewwel tal-Grupp u jkollhom goal difference aħjar minn dak ta’ Spanja. Ir-regolament tal-FINA li hu addotat mil-LEN jistabilixxi pero’ li jekk żewġ teams jispiċċaw indaqs fi grupp ta’ kwalifikazzjoni jkun determinat l-aħjar minnhom min ikun skorja l-iktar kontra t-tieni team f’dan il-każ kontra t-Turkija u mhux kontra Malta.

Għaldaqstant xorta se nistennew li l-Ungerija li se jibqgħu jippruvaw jiskorjaw l-iktar goals possibli. L-ammont ta’ goals li se jkollhom bżonn l-Ungeriiżi jkunu jafuħ bl-eżatt is-Sibt stess fi tmiem tal-logħba li r-rivali diretti tagħhom fil-Grupp Spanja se jilagħbu kontra t-Turkija fl-1oam hemm jinħadmu s-sommom u nkunu nafu bejn wieħed u ieħor kemm se naqilgħu ġo fina u sa x’ħin fil-logħba. Dan ma’ jawgurawhx żgur il-players Maltin li biex ipattu għad-diżappunt fil-logħba negattiva kontra t-Turkija se jagħmlu minn kollox sabiex jagħtu batikata lit-team tal-pajjiż ospitu ta’ dawn il-kampjonati. Għall-Ungerija fl-ilma se jkun hemm uċuħ familjari foshom Norbert Hoznyansky, u l-akkwist il-ġdid ta’ Neptunes Denes Varga fost stilel oħra.

Malta – Ungerija is-Sibt fis-7.30pm b’xandira diretta fuq TVM2.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni Play-offs L-Ewwel Logħba – Semifinali Fl-ewwel logħba mis-semifinali tal-play-offs tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, Marsaskala Fish n Fish għelbu lil Marsaxlokk Browns 10-4. Marsaskala kienu aħjar mill-avversarji…

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar