Waterpolo
Waterpolo: Illum Malta kontra Franza fis-6.30pm diretta uq TVM2

Wara żewġ logħbiet iebsin nofs ta’ nhar ta’ mistrieħ għall-players Maltin hekk kif il-Ħamis il-players kellhom sessjoni waħda ta’ taħriġ għall-kuntrarju tal-jiem ta’ qabel fejn it-team tħarreġ darbtejn.

Wara li t-team Malti affronta lil żewġ teams b’sahhithom ferm il-Ġimgħa jmiss lill-Franza avversaji wkoll diffiċli li se jipprovaw jilagħbu b’sistema ta’ press ukoll biex jiskurjaw iktar goals mit-team Malti fl-ewwel sessjonijiet li jafu jkunu determinanti.

Franza tilfu l-ewwel l-logħba tagħhom 8-6 kontra l-Montenegro filwaqt li fit-tieni logħba huma tilfu 7-4 kontra Spanja. Żewġ telfiet bi skors verament minimi għal Franza li jikkuntrastaw ferm mat-telfiet tal-Maltin u allura it-team immexxi mill-ex player internazzjonali tal-ex Yugoslavia Nenad Vukanic jibda bhala favorit.

Malta kontra Franza tintlgħab il-Ġimgħa fis-6.30pm diretta fuq TVM2. F’Każ li l-Maltin jitilfu din il-logħba huma jkunu impenjati fl-ewwel minn żewġ logħbiet għall-klassifikazzjoni finali kontra l-Islovakkja logħba li eventwalment tintlgħab il-Ħadd.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Fil-Pixxina Nazzjonali, mill-Kampjonat BOV Premier, San Ġiljan Tum Invest għelbu lil Sliema Frank Salt Real Estate bil-punteġġ ta’ 12-7. San Ġiljan rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet, 4-1, 2-1 u 3-1, bir-raba’…

Waterpolo

LEN Men’s European U15 Water Polo Championships 2019 Tournament ta’ Kwalifikazzjoni – Group B Żewġ telfiet fl-ewwel żewġ logħbiet għat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt il-15 -il sena fl-iSlovenja f’dan…

Waterpolo

Mil-lejla, fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq, ser jingħata bidu għall-Kampjonat tax-Xitwa tal-Waterpolo. Wara t-tmiem tat-Tazza Enemed nhar it-Tlieta li għadda, issa jmiss li jibdew jintlagħbu l-kampjonati domestiċi, il-Kampjonat Premier u l-Kampjonat tal-Ewwel…

Waterpolo

ENEMED CUP 2019 FINALI Sirens Greentube…………..5 San Ġiljan TUM Invest……8 (1-1), (2-2), (1-2), (1-3) San Ġiljan rebħu t-Tazza Enemed għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif fil-finali tat-Tlieta filgħodu huma rebħu kontra…

Aktar