Waterpolo
Waterpolo: Għada Malta kontra Spanja fis-1pm diretta fuq TVM2

Waterpolo: Għada (t-Tlieta) t-team Nazzjonali Malti mmexxi mill-kowċ Karl Izzo jiddebutta fil-Kampjonat Ewropew tal-LEN ta’ din is-sena bl-ewwel logħba kontra Spanja.

It-Tnejn filgħaxija saret l-aħħar sessjoni ta’ taħriġ qabel id-debutt tat-team Malti fl-34 edizzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-LEN, debutt li se jkun fi Grupp Ċ kontra Spanja.

Sessjoni ħafifa bbażata l-aktar fuq id-difiża dik li mexxew it-Tnejn filgħaxija l-kowċis Karl Izzo u Anthony Farrugia bl-ewwel indikazzjonijiet juru li kontra Spanja l-players Maltin se jkunu fl-azzjoni kollha speċifikament biex ma jirriskjawx iktar milli hemm bżonn dawk li fi kliem Izzo jsejħilhom ‘is-Senaturi’ bħall-aħwa Stevie u Jordan Camilleri, Matthew Zammit, Aurelien Cousin u Dino Zammit.

Din se tkun it-tielet darba f’daqstant edizzjonijiet li t-team Nazzjonali Malti se jaffronta lil Spanja. Fid-debutt storiku fil-kampjonati ta’ Belgrad fis-16 ta’ Frar ta’ erba’ snin ilu Spanja kienu rebħu lil Malta bl-iskor ta’ 14-3 fil-fażi tal-aħħar 16. Sena u nofs ilu fil-Kampjonati Ewropej ta’ Barcelona Spanja kienu rebħulna fil-logħba inawgurali fil-fażi tal-gruppi 21-4 u bi players ta’ fama mondjali għadhom fl-azzjoni wieħed ma jistenniex skor inqas.

Din ta’ kontra Spanja se tkun it-13 -il logħba tat-team Malti f’dawn il-kampjonati Ewropej tal-LEN fejn sa issa t-team tilef f’għaxar okkażjonijiet u ġie darbtjen draw fil-ħin regolamentari kontra l-istess team …it-Turkija, bl-unika rebħa ukoll storika tasal wara l-penalties wara d-draw tat-22 ta’ Frar tas-sena 2016 kontra appuntu t-Turkija fejn dakinhar spiċċajna fil-15 -il post minn 16 -il team.

B’kollox sa issa fi 12 -il logħba f’dawn il-kampjonati Malta qalgħet 189 goal u skorjat 77 goal li minnhom jispikkaw il-goals tal-players li dan se jkun it-tielet kampjonat ewropew in fila tagħhom fosthom Stevie Camilleri li sa issa skorja 28 goal, segwit minn Matthew Zammit li skorja 14 u Aurelien Cousin li skorja 9.

Dan il-kampjonat se jkunu qed jintlagħab bejn l-aqwa 16 -il team fl-Ewropa bl-istess format tal-aħħar żewġ edizzjonijiet.

L-ewwel appuntamet għall-edizzjoni ta’ din is-sena it-Tlieta fis-1pm Spanja – Malta b’xandira diretta fuq TVM2 u tvm.com.mt.

Intant f’Budapest ukoll għaddej il-kampjonat ewropew tan-Nisa fejn il-bieraħ fir-Round Preliminari kien hemm dawn ir-riżultati:

Slovakkja 2  –  31 Russja

Greċja 26  –  7 Serbja

Franza 6  –  15 Spanja

Ġermanja 4  –  13 Italja

Olanda 22  –  3 Iżrael

Ungerija 25  –  6 Kroazja

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tielet ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo.; Illejla 18:15 Otters Nivea – Exiles Sports Club 19:30 Sliema Frank Salt Real Estate – Valletta…

Waterpolo

Bejn illum u għada, fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tieni ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf. Illejla jintlagħbu żewġ logħbiet filwaqt li għada jintlagħbu tlieta oħra. Il-programm ta’ logħob huwa dan: Illejla 18:15…

Waterpolo

San Ġiljan Tum Invest 17  Valletta Izibet 11 San Ġiljan rebħu l-ewwel logħba tar-round preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf meta xejnu l-isfida ta’ Valletta u rebħulhom 17-11. L-ewwel sessjoni ntrebħet minn San…

Waterpolo

Illejla jibda l-Kampjonat tas-Sajf tal-waterpolo. Wara li l-Ħadd li għadda ntemmet l-Enemed Cup 2020, mil-lejla jibda r-round preliminari tal-kampjonat, f’sitwazzjoni xi ftit differenti mis-soltu minħabba li t-timijiet ser jilagħbu mingħajr…

Aktar