Waterpolo: Il-Gowlkiper Ryan Sciortino flok Dino Camilleri għal kontra Franza

Il-Gowlkiper Ryan Sciortino ġie inkluż fl-iskwadra finali tat-tim Nazzjonali tal-Waterpolo flok Dino Camilleri għall-logħba kontra Franza ta’ nhar is-Sibt li ġej liema logħba se tintlagħab fil-Pixxina Nazzjonali f’tal-Qroqq.

L-unika bidla oħra hi dik ta’ Timmy Sullivan li ġie inkluż fl-iskwadra flok Alex Attard ta’ Sliema. Din il-partita hi valida mit-tieni leg tal-playoffs għall-kampjonati Ewropej tal-waterpolo. Fl-ewwel leg fi Franza, Malta tilfet 20 għal 8.

L-iskwadra finali issa hi din:

Neptunes

Jordan Camilleri

Stevie Camilleri

Alan Borg Cole

Michele Stellini

Niki Lanzon

Clint Mercieca

San Giljan

Dino Zammit

Matthew Zammit

Sliema John Brownrigg

Jerome Gabarretta

Mark Meli

Timothy Sullivan

Valletta

Ryan Sciortino

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Boxing

Boxing lokali illum saret weigh in ta’ boxers li se jkunu qed jiġġieldu għada fl-avveniment The Trilogy III organizzata minn Prize Boxing Promotions. Fost il-ġliediet mistennija għal għada hemm dik…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Tennis

Għall-edizzjoni tar-Roland Garros tal-2020 se jitħallew jidħlu spettaturi sa 60% tal-ispazju li jesgħu l-courts tat-tennis li se jkun qed jintlagħab it-tournament. L-organizzaturi tal-Open ta’ Franza qalu li se jkunu qed…

Aktar