Waterpolo
Waterpolo: Il-Ħadd kontra l-Islovakkja mingħajr Dino Zammit

It-Tliet logħbiet iebsa fil-Grupp kontra Spanja, l-Montenegro u Franza ġew u għaddew u issa l-attenzjoni ddur fuq l-aħħar żewġ logħbiet ta’ dan il-kampjonat Ewropew tal-LEN.

L-Għada tat-telfa ta’ 12-6 kontra Franza it-team Nazzjonali kellu sessjoni ta’ recovery is-Sibt filgħodu u sessjoni oħra filgħaxija fejn il-kowċ Izzo reġa’ pprova t-tliet skemi ta’ man ups li t-team ipprepara għal din il-kompetizzjoni, sistemi li sfortunatament mhux qed ikunu efettivi.

Konfermata ntant l-aħbar li l-player ta’ San Ġiljan Dino Zammit se jitlef l-aħħar żewġ logħbiet ta’ dan il-kampjonat wara li qala’ spalltu fl-ewwel sessjoni kontra Franza.

Il-Ħadd fit-3pm issa kontra l-Islovakkja li fi Grupp D tilfu wkoll it-tliet logħbiet tagħhom 12-6 kontra r-Russja, 9-5 kontra r-Rumanija u 13-5 kontra s-Serbia.

L-Islovakki huma rrankjati aħjar minn Malta fir-Rankings tal-LEN u jidħlu għal dan il-konfront kontra Malta b’16 -il goal skorjat u 34 goal kontra minn 3 logħbiet. Filwaqt li t-team Malta f’96 minuta ta’ logħob skorja 15 -il goal u sofra 50.

TVM ħa l-kummenti ta’ Anthony Farrugia Assistant kowċ u tal-goalkeeper Nicky Grixti lejliet ir-raba’ logħba f’dan il-kampjonat.

Malta – Slovakkja għall-klassfikazzjoni mit-13 -il post ‘il quddiem il-Ħadd fit-3pm b’xandira diretta fuq TVM2.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Il-Club ta’ Neptunes estenda l-permanenza tal-goalkeeper tagħhom Alan Borg Cole għal erba’ snin oħra mal-Club. Filfatt Borg Cole estenda l-kuntratt mal-Club mill-Balluta b’erba snin oħra. Il-Kuntratt kien iffirmat bejn…

Waterpolo

Bl-istaġun tal-waterpolo lokali magħluq Neptunes għamlu l-ewwel pass fis-suq tat-trasferimenti u assiguraw il-player żagħżugħ tagħhom Jeremy Abela għal xejn inqas minn erba’ snin oħra mal-Club. Abela magħruf bħala l-‘iŻnoq’ kien…

Waterpolo

L-ASA flimkien ma’ SportMalta organizzaw diversi tournaments matul il-ġimgħa Ewropea tal-Isport u l-kampanja Be Active. It-tournaments li saru fid-19 u l-21 ta’ Settembru fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq, kienu jinkludi logħbiet għal…

Aktar