Waterpolo
Waterpolo: Il-Kampjonat BOV Premier 2019 se jintrebaħ minn Sliema jew Neptunes

Waterpolo: Illejla ntlagħbu żewġ logħbiet mill-fażi tal-playoffs tal-Premier, żewġ semi finali sabiex ikunu magħrufa ż-żewġ teams se jikkontestaw il-finali għar-rebħ tal-kampjonat BOV Premier 2019.

Sliema 10-9 San Ġiljan

Fl-ewwel logħba ltaqgħu Sliema Frank Salt Real Estate kontra San Giljan TUM Invest bis-Slimiżi bdew is-semi finali playoffs l-aħjar minn tliet logħbiet 1-0 minn fuq għaliex kienu spiċċaw post fil-klassifika qabel il-Ġiljaniżi. Sliema qatgħu passaġġ għall-finali hekk kif rebħu 10-9 kontra San Ġiljan bis-sessjonijiet Sliema l-ewwel: (2-1)(1-5), (3-0) 4-3) Għal Sliema 3 goals għal Norbert Hoznyansky, 2 goals kull wieħed għal Jerome Gabaretta, Gavril Subotic u goal kull wieħed għal Spiteri Staines, Zach Mizzi u Nicholas Bugelli.

Neptunes 10-4 Sirens

Fit-tieni logħba Neptunes Le Vegas rebħu kontra Sirens. Hawn Neptunes bdew dawn il-playoffs ukoll l-aħjar minn tliet logħbiet 1-0 minn fuq hekk kif spiċċaw qabel Sirens fil-klassifika.
L-iskorers għal Neptunes kienu Nikki Lanzon 3, Peter Muslin, Darko Brguljan, Stevie Camilleri (2) u goal għal Jordan Camilleri.

Fil-finali tal-Playoffs issa l-aħjar minn tliet logħbiet allura issa se jkunu Sliema u Neptunes fejn wieħed minnhom se jkun dikjarat Champion tal-BOV Premier 2019. It-tliet logħbiet huma skedati mill-ASA hekk: l-4 u s-7 ta’ Settembru u jekk ikun hemm bżonn it-tielet logħba għal 11 ta’ Settembru.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Mir-raba’  ġurnata tar-Round Preliminari, fil-Pixxina Nazzjonali ntlagħbu żewġ logħbiet, b’rebħiet għal Sliema Frank Salt Real Estate u Ta’ Xbiex. Exiles Ferretti 5   Sliema Frank Salt Real Estate 9 Sliema kienu…

Waterpolo

Mill-Kampjonat tas-Sajf, mil-lejla tibda r-raba’ ġurnata tar-Round Preliminari fil-Pixxina Nazzjonali. Iż-żewġ logħbiet jintlagħbu fis-18:15 u s-19:30 rispettivament: Marsaskala Fish n Fish – Ta’ Xbiex Aquatic Sports Club Exiles Sports Club…

Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tielet ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo.; Illejla 18:15 Otters Nivea – Exiles Sports Club 19:30 Sliema Frank Salt Real Estate – Valletta…

Waterpolo

Bejn illum u għada, fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tieni ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf. Illejla jintlagħbu żewġ logħbiet filwaqt li għada jintlagħbu tlieta oħra. Il-programm ta’ logħob huwa dan: Illejla 18:15…

Aktar