Waterpolo
Waterpolo: Il-Każ Obradovic jinstema’ llejla

Waterpolo: Il-każ tad-dixxiplina tal-player barrani ta’ San Ġiljan Paolo Obradovic mistenni jinstema’ llejla fis-6.30pm.

TVM Sport jinsab infurmat li l-ASA bgħatet email lil San Ġiljan ASC tard il-bieraħ filgħaxija fejn infurmathom li l-każ ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ dan il-player se jinstema’ illejla. Obradovic huwa akkużat talli b’disprezz waddab il-beritta tiegħu lil wieħed mir-referres tal-logħba San Ġiljan kontra Neptunes tal-ġimgħa l-oħra fejn il-Ġiljaniżi rebħu 9-7.

Dan il-każ kien diskuss fid-dettall il-bieraħ waqt il-programm Swim Up fejn is-Segretarju ta’ San Ġiljan Carlo Mifsud tenna li hu se jkun qed jiġġieled b’argumenti sodi sabiex jiddefendi lill-player.

Wara s-setenza San Ġiljan jistgħu jappellaw.

Miktub minn...
TVM Sport
.