Għawm
Waterpolo: Il-LEN tikanċella ċ-Champions League, il-Euro Cup u l-Women’s Euro League

Il-LEN, il-Federazzjoni Ewropea tal-Isport akwatiku fi stqarrija qalet li l-Bureau tagħha kien kostrett jieħu deċiżjonijiet dwar l-iktar kompetizzjonijiet importanti tagħha ta’ dan l-istaġun.

Il-LEN ikkonfermat li kkanċellat t-tliet kompetizzjonijiet prinċipali ewropej li huma ċ-Champions League, il-Euro Cup u l-Women’s Euro League. Din id-deċiżjoni ttieħdet minħabba diversi restrizzjonijiet fosthom ta’ taħriġ u vjaġġar tat-teams.

Intant il-LEN qalet li bi ftehim mal-EBU u mal-Assoċjazzjoni tal-Għawm tal-Ungerija ġie deċiż li l-Kampjonati Ewropej tal-Għawm, tad-Diving, Għawm artistiku u Open water swimming li kellhom isiru f’Budapest il-ġimgħa l-oħra issa ġew skedati għal Mejju tas-sena 2021 dejjem fid-Duna Arena f’Budapest.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Għawm

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u…

Għawm

Għawm: It-Tliet darbiet Champion Olimpiku ċ-Ċiniż Sun Yang ħabbar li se jkun qed jappella quddiem it-Tribunal Sportiv il-CAS mid-deċiżjoni ta’ tmien snin sospensjoni li hu kien ingħata wara li kien…

Għawm

Iċ-Champion Olimpika t-taljana Federica Pellegrini qalet li se tkun qed tikkontribwixxi hi wkoll kif tista’ għal dawk fil-bżonn li ġew affetwati bil-COVID-19 fl-Italja. Pellegrini qalet li se tkun qed titfa’…

Aktar