Waterpolo
Waterpolo: Il-permessi tal-iżvilupp għall-proġett tal-pitch ta’ Valletta United ġie approvat u x-xogħol se jibda din is-sena

F’konferenza tal-aħbarijiet li saret illum, Jean Carl Farrugia, uffiċjal ta’ Valletta United, qal li l-klabb ilu jaħdem għal dawn l-aħħar snin u li finalment ħa l-aħbar tajba li l-permessi tal-iżvilupp għall-proġett tal-pitch ġie approvat u li x-xogħol se jkun beda sa qabel ma tipiċċa din is-sena.

F’konferenza li saret dalgħodu, tħabbar li Srdjan Lazarevic se jkun qed imexxi lit-tim Belti, assistiet minn Stephen Rizzo.

Farrugia qal li l-mira ta’ Valletta United se tkun dik li jirritornaw fil-Kampjonat Premier u proprju għalhekk li l-iskwadra ssaħħet bi plejers ta’ esperjenza kbira bħalma huma Niki Lanzon, Michele Stellini u Edward Aquilina.

Valletta jinsabu fi Grupp B tar-Rawnd Preliminari flimkien ma’ Sliema, San Ġiljan, Exiles u Otters.

Valletta ilhom ma jirbħu l-kampjonat lokali mill-1990.

Intant, Valletta United ħabru li laħqu ftehim mal-kumpanija Izibet biex ikunu l-isponsor uffiċjali tagħhom.

Dan ikkonfermah id-Direttur tal-kumpanija Sergio Cappitta li min-naħa tiegħu rringrazzja lill-klabb tal-ħidma tiegħu fl-aħħar snin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Il-bieraħ kompla l-kampjonat tal-waterpolo fejn fl-iktar logħba missielta u bilanċjata li kellna s’issa f’dan l-istaġun Birżebbuġa għelbu lil Sirens 9-8. Iż-żewġ logħbiet l-oħra kienu mingħajr storja bit-timijiet tal-Balluta jiksbu rebħiet…

Waterpolo

Mir-raba’  ġurnata tar-Round Preliminari, fil-Pixxina Nazzjonali ntlagħbu żewġ logħbiet, b’rebħiet għal Sliema Frank Salt Real Estate u Ta’ Xbiex. Exiles Ferretti 5   Sliema Frank Salt Real Estate 9 Sliema kienu…

Waterpolo

Mill-Kampjonat tas-Sajf, mil-lejla tibda r-raba’ ġurnata tar-Round Preliminari fil-Pixxina Nazzjonali. Iż-żewġ logħbiet jintlagħbu fis-18:15 u s-19:30 rispettivament: Marsaskala Fish n Fish – Ta’ Xbiex Aquatic Sports Club Exiles Sports Club…

Waterpolo

Bejn illejla u għada fil-Pixxina Nazzjonali tintlagħab it-tielet ġurnata tar-Round Preliminari tal-Kampjonat tas-Sajf tal-Waterpolo.; Illejla 18:15 Otters Nivea – Exiles Sports Club 19:30 Sliema Frank Salt Real Estate – Valletta…

Aktar