Waterpolo
Waterpolo: Illejla jintlagħbu tliet logħbiet fil-Pixxina Nazzjonali

Wara li lbieraħ iż-żewġ logħbiet tal-Waterpolo tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni ġew posposti, illejla fil-Pixxina Nazzjonali ser jintlagħbu b’kollox tliet logħbiet. Minħabba t-temp ħażin li lbieraħ laqat il-gżejjer Maltin, l-ASA ddeċidiet li tissospendi l-logħbiet, speċjalment minħabba t-tim t’Otters li riedu jivvjaġġaw minn Għawdex lejn Malta għall-konfront li kellhom jilagħbu. Il-programm ta’ logħob tal-lum huwa dan:

18:00 Marsaskala Fish n Fish – Ta’ Xbiex ASC

19:05 Marsaxlokk Brown’s – Otters Nivea

20:10 Exiles Ferretti – Sirens Mecca Marine

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA