Waterpolo
Waterpolo: Illejla t-team Nazzjonali Malti jilgħab friendly kontra Neptunes fil-Balluta

Il-Filmati ta’ ċelebrazzjoni fi tmiem it-tieni leg tal-playoff għall-kwalifikazzjoni kontra l-Belarus fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq tat-3 ta’ Marzu li għadda għadhom fil-memorja tal-popolu Malti sportiv. Ir-rebħa impressjonati quddiem Pixxina ppakjata bil-partitarji Maltin bl-iskor ta’ 16-9 se tibqa’ mfakkra għal ħafna snin iżda l-ewforija ta’ dak inhar twarbet għal ftit mill-players u mill-coaching staff tal-ASA hekk kif din il-ġimgħa bdiet il-preparazzjoni tat-team taħt il-kowċiż Karl Izzo u Anthony Farrugia.

Wara li t-taħriġ beda nhar il-Ħadd li għadda, llejla t-team Nazzjonali se jkun qed jilgħab logħba ta’ ħbiberija kontra Neptunes fis-6.30pm fin-Neptunes Pitch.

Din se tkun it-tieni darba konsekuttiva li t-team nazzjonali malti tal-waterpolo se jkun qed jikkompeti fil-Kampjonat Ewropew tal-LEN bl-ewwel parteċipazzjoni storika kienet sentejn ilu f’Belgrad is-Serbja.

Il-Kampjonat ta’ din is-sena se jsir fi Spanja fil-kumpless akwatiku storiku Piscines Bernat Picornell, f’Barcelona.

B’kollox se jkunu 16 -il team li se jissieltu għat-titlu ta’ Champions Ewropew.

Il-Grupp huma dawn:

Grupp A: Ġermanja, Georgia, Italja, Ungerija
Grupp B: Montenegro, Malta, Franza, Spanja
Grupp Ċ: Kroazja, Turkija, Olanda, Greċja
Grupp D: Russja, Serbia, Slovakja, Rumanija

Il-Logħob tat-team Nazzjonali Malti li se jkunu qed jixxandru diretti kollha b’mod esklussiv fuq TVM 2 huma skedati hekk:

Kampjonat Ewropew Barcelona 2018

Fażi tal-Gruppi:
It-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018
Malta – Spanja 10.15pm

L-Erbgħa 18 ta’ Lulju 2018
Malta – Montenegro 5pm

Il-Ġimgħa 20 ta’ Lulju 2018
Malta – Franza 6.30pm

Fażi klassifikazzjoni Finali
(Possibilment)
Il-Ħadd 22 ta’ Lulju 2018 fit-3pm
It-Tlieta 24 ta’ Lulju 2018 fl-10.30am jew fin-12:00am

L-aspettativa għat-team nazzjonali Malti hi li wara l-fażi tal-Gruppi tintrebaħ logħba mill-aħħar tnejn li jkun fadal li jkunu validi għall-klassifikazzjoni finali. Sentejn ilu t-team Malti kien spiċċa fil-15 -il post wara rebħa storika kontra t-Turkija.

Intant il-programm ta’ TVM Sport dwar il-waterpolo Swim Up ta’ din il-ġimgħa se jkun dedikat kollu kemm hu għall-preparazzjoni tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat. Il-Mistiedna ta’ Antvin Monseigneur u Joanna Camilleri se jkunu jkunu Joe Caruana Curran – President ASA, Karl Izzo – Kowċ Nazzjonali, u l-players Stevie Camilleri u Matthew Zammit. Swim Up din il-ġimgħa jixxandar il-Ħamis fid-9pm.

 

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

TVM Sport it-Tnejn filgħodu ħa l-kummenti ta’ Karl Galea l-Viċi President tal-ASA lejliet il-logħba tat-Tlieta filgħodu kontra t-Turkija. Ma’ TVM Sport tkellmu wkol Karl Izzo l-kowċ Nazzjonali u l-player żgħażugħ…

Waterpolo

L-Aħħar logħba kontra t-Turkija hija l-aħħar ċans għat-team Malti li jtemm fuq nota pożittiva dan il-kampjonat Ewropew tal-LEN 2018. L-istennija tal-publiku sportiv hu li t-tem Malti tal-inqas jirrepeti l-istess riżultat…

Waterpolo

Il-Player tat-team Nazjonali Malti Dino Zammit wasal lura Malta l-lejl li għadda wara li telaq minn Barcelona fi Spanja sabiex jibda r-rijabilitazzjoni wara l-injury li sofra fit-tielet logħba tal-Kampjonat Ewropew…

Waterpolo

Ir-reazzjoni tal-Kowċ Karl Izzo, Aurelien Cousin u l-goalkeeper Jake Tanti wara t-telfa ta’ 11-6 kontra l-Islovakkja.

Aktar