Waterpolo
Waterpolo: Illum fil-5pm it-team Nazzjonali bl-aħħar logħba tal-Grupp kontra l-Ġermanja f’Tal-Qroqq

It-team nazzjonali Malti tal-Waterpolo illum se jkun impenjat f’logħba oħra tar-rawnd Preliminari tal-World League tal-FINA kontra l-Ġermanja.

Mil-logħbiet preċedenti Malta tilfet il-logħbiet kollha b’dawn l-iskors: 18-5 kontra r-Russja, 23-9 kontra l-Ġermanja, 24-8 kontra l-Ungerija u 23-4 kontra r-Russja.

Il-logħba tal-lum tibda fil-5.00pm fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq.

Jidher li għal logħba tal-lum Stevie Camilleri xorta ddeċida li ma jilgħabx iżda ħuħ Jordan qiegħed Malta u se jilgħab. Jirritornaw ukoll fit-team illum għal Karl Izzo ż-żewġ players ta’ San Ġiljan Matthew Zammit u Dino Zammit

It-13 -il player li sejjaħ Izzo huma dawn:

Nicholas Grixti, Matthew Zammit, Ben Plumpton, Jordan Camilleri, Nicholas Bugelli, Andreas Galea, Gabriel Pace, Jake Muscat, , Jeremy Abela, Aurelien Cousin, Isaiah Riolo, Dino Zammit, Jake Tanti.

Ir-Referees se jkunu Ernest Inesta Peralta minn Spanja u Gabor Vogel mill-Ungerija.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

ENEMED CUP 2019 FINALI Sirens Greentube…………..5 San Ġiljan TUM Invest……8 (1-1), (2-2), (1-2), (1-3) San Ġiljan rebħu t-Tazza Enemed għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif fil-finali tat-Tlieta filgħodu huma rebħu kontra…

Waterpolo

Fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq illum intlagħbu tliet logħbiet mill-Enemed Cup 2019. San Ġiljan Tum Invest 10 Sliema Frank Salt 7 San Ġiljan rebħu tliet sessjonijiet minn erbgħa biex għelbu lis-Sliema bil-punteġġ…

Waterpolo

Il-Kampjonat BOV tal-Water Polo tax-Xitwa 2019 se jibda fit-22 ta’ Marzu b’sitt timijiet jikkompetu fil-BOV Premier Division u 5 timijiet li jikkompetu għat-titlu tal-Ewwel Diviżjoni. Il-poloz ittellgħu waqt konferenza tal-aħbarijiet…

Waterpolo

Dik li lbieraħ kellha tkun logħba waterpolo mill-Kampjonat Super League fir-Russja bejn Sintez Kazan u Spartak Volgograd, intemmet fi ġlieda boxing ‘free for all’ u farsa sħiħa għal dawk l-ispettaturi…

Aktar