Waterpolo
Waterpolo – Imħabbar it-tim nazzjonali Malti li ser jikkompeti fil-Kampjonati Ewropej f’Barċellona

Ser ikunu Jerome Gabaretta u Michael Spiteri Staines li rebħu l-aħħar żewġ postijiet fl-iskwadra Maltija tal-Waterpolo hekk kif il-kowċis nazzjonali Karl Izzo u Anthony Farrugia ħabbru l-iskwadra finali ta’ 13-il plejer li se jkunu qed jilagħbu fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN. B’kollox kienu bdew jitħarrġu minn nhar il-Ħadd li għadda 16-il plejer li issa tnaqqsu għal 13.

Gabaretta u Spiteri Staines ma kenux fl-iskwadra fiż-żewġ logħbiet tal-playoff kontra l-Belarus sabiex b’hekk tilfu posthom minn dik l-iskwadra, Zach Mizzi u Darren Zammit.

Fi kliem il-kowċ Izzo l-għażla saret fuq il-wirjiet rispettivi tal-players fl-ewwel ħames logħbiet tal-kampjonat u l-logħbiet s’issa fil-kompetizzjonijiet l-oħra.

Izzo rrimarka li ma’ dak li qed jara fis-sessjonijiet ta’ taħriġ jidher li l-plejers jinsabu f’forma aqwa minn dik li kienu jinsabu fiha sentejn ilu meta Malta kienet ħadet sehem għall-ewwel darba fil-Kampjonati Ewropej tal-LEN dakinhar fis-Serbja għaliex spjega li l-logħbiet kienu saru f’Jannar li hu off season għall-plejers Maltin meta issa f’Lulju il-plejers qegħdin fl-aqwa forma tagħhom.

Minn sentejn ilu ‘l hawn it-tim tilef lill-captain Niki Lanzon, li ċeda l-beritta tan-nazzjonal għal kollox għalkemm Izzo kkonferma li kien hemm diskussjonijiet kemm ma’ Lanzon u anke ma’ Michele Stellini sabiex dawn jerġgħu jaħsbuha, iżda t-tnejn li huma baqgħu sodi fid-deċiżjoni tagħhom li ma jirritornawx lura għax-xena internazzjonali.

Joe Caruana Curran, President tal-ASA, spjega li l-format tal-kampjonat inbidel minn sentejn ilu fejn wara l-fażi tal-gruppi ser ikun hemm biss żewġ logħbiet għall-klassifikazzjoni finali. Hu tenna li l-għan prinċipali tal-ASA hu li t-tim nazzjonali jipprova tal-inqas iżomm il-15-il post minn sittax u jekk hu possibli t-tim jilgħab fil-logħba għat-tlettax-il post.

Caruna Curran ħabbar li l-ASA laħqet ftehim ma’ Dizz Group sabiex dawn jissuplixxu l-ilbies formali tal-kontinġent Malti waqt dan il-kampjonat.

L-iskwadra magħżula hi din:
Nicholas Grixti(GK)
Jerome Gabarretta
Andreas Galea
Jeremy Abela
Michael Spiteri Staines
Matthew Zammit
Stevie Camilleri
Jordan Camilleri
Ben Plumpton
Aurelien Cousin
Nicholas Bugelli
Dino Zammit
Jake Tanti(GK)

L-ewwel logħba tat-tim nazzjonali Malti tkun nhar it-Tnejn fl-10:15pm, bil-logħba tixandar diretta fuq TVM2.
Fil-grupp ta’ Malta hemm ukoll il-Montenegro u Franza. Wara l-fażi tal-gruppi Malta tista’ tkun qed taffaċċja lill-Islovakkja jew ir-Rumanija u possibilment it-Turkija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

L-Aħħar logħba kontra t-Turkija hija l-aħħar ċans għat-team Malti li jtemm fuq nota pożittiva dan il-kampjonat Ewropew tal-LEN 2018. L-istennija tal-publiku sportiv hu li t-tem Malti tal-inqas jirrepeti l-istess riżultat…

Waterpolo

Il-Player tat-team Nazjonali Malti Dino Zammit wasal lura Malta l-lejl li għadda wara li telaq minn Barcelona fi Spanja sabiex jibda r-rijabilitazzjoni wara l-injury li sofra fit-tielet logħba tal-Kampjonat Ewropew…

Waterpolo

Ir-reazzjoni tal-Kowċ Karl Izzo, Aurelien Cousin u l-goalkeeper Jake Tanti wara t-telfa ta’ 11-6 kontra l-Islovakkja.

Aktar