Waterpolo
Waterpolo: Imut Niki Soler, ex plejer ta’ Exiles u Sliema

Tħabbret il-mewt ta’ Niki Soler, ex plejer tal-waterpolo lokali.

Din l-aħbar ħarġet fuq il-paġna uffiċjali tal-klabb ta’ Exiles.

Soler miet tard ilbieraħ filgħaxija, fl-isptar Mater Dei.

Soler kien ingħaqad ma’ Exiles fl-età ta’ 13-il sena u lagħab mal-klabb bejn l-1987 u l-1990, qabel ma ngħaqad ma’ Sliema.

Ma’ Exiles, Niki Soler rebaħ il-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni fl-1989.

TVM Sport jibgħat il-kondoljanzi lill-familja Soler.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

San Ġiljan Tum Invest 18  Marsaxlokk Browns 12 L-ewwel u t-tielet sessjoni kienu importanti ħafna għal San Ġiljan għax permezz tal-vantaġġ li tellgħu f’dawn iż-żewġ sessjonijiet ħarġu rebbieħa fuq l-avversarji….

Waterpolo

Fi programm ta’ żewġ logħbiet mill-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, rebħiet għal Marsaskala u Birżebbuġa fil-partiti rispettivi tagħhom. Marsaskala Fish & Fish 18  Otters Nivea 13 Marsaskala ma tilfux sessjoni waħda…

Waterpolo

Waterpolo: Min għada sa nhar il-Ħamis erbat ijiem ta’ logħob mill-kampjonat Premier u anke mill-kampjonat tal-ewwel diviżjoni. Wara ġimgħa mingħajr logħob minħabba l-impenji tat-teams nazzjonali taż-żgħażagħ din il-ġimgħa t-teams lokali…

Aktar