Waterpolo
Waterpolo: Imut Tibor Benedek, ex plejer ta’ Sliema u l-Ungerija

Tħabbret il-mewt ta’ Tibro Benedek, ex plejer ta’ Sliema fl-2006 u tat-tim nazzjonali tal-Ungerija.

Hu kellu 47 sena u l-familja tiegħu qalu li Benedek miet minħabba marda serja li ħakmitu fl-aħħar xhur.

Benedek lagħab f’pajjiżna lura fl-2006 ma’ Sliema u jibqa’ meqjus bħala wieħed mill-aqwa plejers tal-waterpolo li qatt lagħab fl-Istorja tal-kampjonat tal-waterpolo Malti.

Tibor Benedek kien stilla tal-waterpolo mondjali bi tliet Midalji tad-Deheb fl-Olimpjadi mirbuħa fl-2000, l-2004 u l-2008.

Hu kien ukoll kowċ nazzjonali tat-tim Ungeriż bejn l-2013 u l-2016.

Tibor Benedek rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-Ungerija fl-1992, l-1993, l-1994 u l-2002.

Fl-2000, kien ivvutat fit-tim fit-tim nazzjonali tal-Ungerija tal-aħħar 100 sena.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li…

Għawm

Hekk kif mil-lum uffiċjalment ġew illaxkati xi miżuri għat-taħriġ ta’ Sport outdoor, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-għawwiema u l-players tal-waterpolo jistgħu jibdew jitħarrġu fil-Pixxina tal-Qroqq minn nhar it-Tnejn hekk…

Aktar