Waterpolo – Is-servizz fl-aħbarijiet dwar l-ewwel unur f’20 sena għal San Ġiljan

Waterpolo

Ġimgħa biss qabel id-dwell dirett u mistenni bejniethom fil-kampjonat, Neptunes Grimaldi u San Ġiljan Crystal Finance is-Sibt fil-għaxija iltaqgħu fil-finali tal-BOV Knock Out.

Partita li fiha San Ġiljan Crystal Finance għelbu lil Naptunes Grimaldi bl-iscore ta’ 13-12

Sessjonijiet San Ġiljan l-ewwel – 3-2 4-3 2-4 4-3.

Tmiem drammatiku għal din il-partita li kienet riesqa għal draw meta lejn it-tmiem Neptunes għamlu l-iscore 12-12.

Madankollu l-aħħar kelma kienet tal-barrani ta’ San Ġiljan Gulliermo Molina, li propju sekondi mit-tmiem skorja dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa fost dellirju ta’ ferħ tal-partitarji numerużi ta’ San Giljan.

L-aħjar skorer ghal San Ġiljan kien l-istess Gulliermo Molina b’ħames goals, għal Neptunes l-aħjar skorer, is-solitu Stevie Camilleri bi tlieta.

Fi tmiem il-finali l-Kap Ezekuttiv tal-Bank of Valletta Anthony Scicluna, u l-President tal-ASA Joe Caruana Curran ppreżentaw it-trofew lil captain ta’ San Ġiljan, ix-xellugi Matthew Zammit.

Din kienet it-tmien Knock Out mirbuha minn San Ġiljan, l-ewwel waħda mis-sena elf disa mija hamsa u disgħin, stennija ta’ għoxrin sena.

U dan qabel it-tama dejjem tikber għad-double bir-rebħ tal-Kampjonat, bil-għan ukoll li jippruvaw iwaqqfu lil ġirien tagħhom mill-Balluta milli jsiru Champions tas-Sajf għas-sitt sena konsekuttiva.

Attwalment fil-klassifika, San Ġiljan għandhom erbgħa u tletin punt, ħamsa iktar minn Neptunes li iżda lagħbu partita anqas.

Jekk Neptunes ifallu milli jirbħu nhar l-Erbgħa kontra Sliema, allura San Ġiljan jiġu ddikjarati champions.

Jekk Neptunes jegħlbu lil Sliema allura jitilgħu żewġ punti biss inqas minn San Giljan, u ghalhekk id-dwell dirett ta’ bejniethom nhar is-Sibt ikun wieħed deċiziv għal min se jkun Champion ġdid tal-ilma għal dan is-sajf.

Klassifika – Kampjonat BOV Premier – Championship Pool
San Giljan Allcare Insurance 13 34
Neptunes Grimaldi 12 29
Sliema Frank Salt Real Estate 13 14

 

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Tazza tad-Dinja tar-Rugby 2019: Illum fil-Ġappun tliet logħbet oħra wara l-logħba inawgurali tal-bieraħ. Fl-ewel logħba tas-Sibt minn Pool D, l-Awstralja rebħu kontra l-Fiji 39 għal 21. Fit-tieni logħba tal-lum Franza…

Sport Lokali

Nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Settembru, skejjel mis-setturi kollha Edukattivi se jkunu qed jingħaqdu ma’ studenti minn aktar minn 30 pajjiż madwar l-Ewropa fil-Ġurnata Ewropeja tal-Isport fl-Iskejjel (ESSD). L-ESSD hija inizzjattiva…

Aktar