Waterpolo
Waterpolo: Is-Settebello u t-team Malti jawguraw lil xulxin qabel l-ewwel logħba tagħhom

Kampjonat Ewropew LEN 2018: Is-sessjoni ta’ taħriġ tat-Tnejn tat-Team Nazzjonali Malti nzertat eżatt wara dik tas-Settebello mmexxi mill-kowċ taljan Sandro Campagna.

Fi tmiem is-sessjoni ta’ taħriġ tagħhom il-players taljani kważi kollha kemm huma sabu ftit minuti sabiex ikellmu lil diversi player Maltin ħafna minnhom ex kollegi fit-teams Maltin jew avversarji sportivi fil-kampjonat Malti. Il-players awguraw lil xulxin għal dan il-kampjonat.

Fost dawn kien hemm Guillermo Molina, Michael Bodegass li laghbu fil-passat f’Malta.

Filwaqt li Malta se tkun qed tilgħab fl-ewwel fażi fi Grupp B, l-Italja se jkunu qed jilagħbu fi Grupp A kontra l-Ungerija, l-Ġermanja u l-Ġorġja.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar