Waterpolo
Waterpolo: It-tim nazzjonali jitlaq lejn l-Ungerija, il-partiti ta’ Malta diretti fuq TVM2

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo dalgħodu ħalla pajjiżna f’titjira lejn Budapest fejn illejla stess il-kowċ Karl Izzo mistenni jmexxi l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ.

Għada t-Tnejn hemm skjedati żewġ sessjonijiet oħra ta’ taħriġ qabel l-ewwel logħba fi Grupp C kontra Spanja nhar it-Tlieta fis-1.00pm.

Il-partiti kollha tat-tim nazzjonali Malti jixxandru dirett fuq TVM2 b’kummentarju dirett minn Budapest ta’ Sandro Micallef.

TVM, TVM2 u tvm.com.mt/sport se jkun qed iwasslu servizzi estensivi kuljum tal-avventura tat-tim nazzjonali Malti fil-kampjonat Ewropew tal-LEN.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020 Malta ………9 Olanda……19 (2-5), (2-5), (2-4), (3-5) Telfa fil-ħames u l-aħħar logħba għat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-34 edizzjoni tal-kampjonat tal-LEN f’Budapest. Logħba li l-Maltin kien qed…

Waterpolo

L-Erbgħa fl-10am se tkun il-ħames u l-aħħar logħba tat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ din l-34 edizzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest l-Ungerija. Ma kienux għaxart’ijiem faċli għall-players u…

Aktar