Sport Lokali
Waterpolo: It-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena jegħleb lil Franza

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena temm il-Kampjonat Ewropew fit-13-il post wara li għelbu lil Franza bl-iskor ta’ 10-8. Malta rebħet l-ewwel żewġ sessjonijiet 2-1 u 4-2 bi Franza tirbaħ it-tielet sessjoni 3-1. Finalment il-Maltin kienu ffukati sabiex rebħu l-aħħar sessjoni 3-2.
B’hekk f’dan il-Kampjonat Ewropew, it-tim Malti temm dan it-turnament b’żewġ rebħiet minn ħames logħbiet, skorjaw 50 gowl u sofrew 55 gowl .

Miktub minn...
robert busuttil
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. JIkkummenta l-logħob tal-Kampjonat Premier. Jippreżenta l-programm 'Wara d-90Minuta' fuq Radju Malta 2'