Waterpolo
Waterpolo: It-Tim Nazzjonali U15 fi draw ma’ Franza u jikkwalifika għall-Kampjonat Ewropew

LEN MEN U15 EUROPEANS 2021 

Grupp Ċ

MALTA………… 10

FRANZA………. 10

(3-3), (4-3), (3-3), (0-1)

Unur ieħor għall-waterpolo Malti hekk kif it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena kkwalifika bl-ewwel post fil-Grupp tiegħu għall-fażi finali tal-Kampjonat Ewropew tal-LEN. Dan wara li l-Ħadd filgħodu fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq, it-tim Malti mmexxi mill-kowċ Anthony Farrugia spiċċa fi draw ta’ 10-10 kontra Franza. Wirja oħra tajba għall-Maltin wara li jumejn ilu rebħu 17-4 kontra s-Slovenja.

Il-logħba kontra Franza kienet logħba ta’ qtiegħ il-qalb bir-riżultat jinbdiel il-ħin kollu fejn reġa’ spikka għall-Maltin il-plejer Jayden Cutajar li skorja 7 goals. Bil-goals l-oħra tal-Maltin skorjati minn Zach Cutajar Licari, u tnejn minn Elijah Schembri.

Franza b’dan id-draw għaddew ukoll iżda bit-tieni post u allura fil-fażi finali tal-kampjonat ewropew li se jsir fil-Portugal f’Lulju se jkunu mpoġġija fi Grupp iktar iebes minn dak tal-Maltin.

Mat-tmiem il-logħba evidenti l-ferħ u s-sodisfazzjoni tal-plejers u staff tal-ASA għal dan it-tragward.

Formazzjonijiet:

Malta: Dale. Galea Mule, Lugi Dimech, Julian Chircop, Gabriel Bonavia, Jayden Cassar, Dean Bugeja, Zach Cutajar Licari (1), Jayden Cutajar (7), Elijah Schembri (2), Cain Cutajar, Lee Montebello Brownrigg, Enrico Mallia, Myron Brimmer.

Franza: E. Carrera, M. Hakik, P. Bourdeix, A. Goncalves, A. Mercier-Chaplain (1), A. Monthorin (1), A. Mehdi, A. De Reviers de Mauny (5), A. Poulain (1), M. Aissi, N. Nikolic (1), J. Novacek (1), M. Guyon

Referees: Ivo Mares (Repubblika Ċeka), Mihnea Alexandrescu (Rumanija)

 

Miktub minn...
TVM Sport
.