Waterpolo
Waterpolo: It-Tnejn Malta kontra s-Slovakkja fil-11.30am diretta fuq TVM2

It-Tnejn fil-11.30am t-team Nazzjonali Malti jilgħab l-ewwel minn żewġ partiti għall-klassifikazzjoni finali ta’ dan il-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest. F’dik li hi s-semi finali għad-dħul fil-finali għat-13 -il post Malta se taffronta lis-Slovakkja li bħal Malta fil-fażi tal-Gruppi huma spiċċaw l-aħħar fil-grupp tagħhom Grupp B, meta tilfu t-tliet logħbiet. Fl-ewwel l-logħba kontra l-Montenegro huma tilfu 15-4. Fit-tieni logħba tilfu 8-5 kontra l-Ġermanja u fl-aħħar logħba ta’ Grupp B huma tilfu 16-4 kontra l-qawwa tal-Kroazja. Grupp li fiħ bħal Malta inzertaw żewġ super potenzi ewropej.

L-avversarji tal-Maltin skorjaw biss 13 -il goal sa issa fi tliet logħbiet għas-17 li skorjajna aħna, iżda nisperaw li l-Islovakki ma jinfetħux magħna. L-aqwa żewġ players tagħhom huma Juraj Zatovic u Marek Tkac.

Mill-kamp Malti ma hemm ebda problemi ta’ injuries ħlief li issa anke skond Edward Bonello il-fiżjoterapista tat-team tibda dieħla l-għija wara tliet logħbiet iebsa.

Fis-sessjoni tat-Tnejn filgħaxija Karl Izzo reġa’ ħadem fuq kif irid idur il-ballun fl-attakk u kif se naslu għall-konklużjoni mis-sitwazzjonijiet ta’ man up li nisperaw kontra l-Islovakkja ikolna iktar milli kellna kontra l-Ungerija.

Slovakkja – Malta it-Tnejn fil-11.30am b’xandira diretta fuq TVM2.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

L-Ungerija huma ċ-champions Ewropej meta fil-finali li ntlagħbet illejla u li xxandret dirett fuq TVM2, huma għelbu lil Spanja bl-għoti tal-penalties wara erba’ sessjonijiet spettakolari fejn ir-riżultat intemm 9-9. Iż-żewġ…

Waterpolo

Il-finali tal-kampjonat Ewropew tal-waterpolo tal-Len 2020 se tixxandar diretta llejla fuq TVM2 fis-19.00 b’kummentarju ta’ Sandro Micallef. Il-finali se tintlagħab bejn l-Ungerija, li ospitaw dawn il-kampjonati u Spanja. It-tim nazzjonali…

Waterpolo

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020 Malta ………9 Olanda……19 (2-5), (2-5), (2-4), (3-5) Telfa fil-ħames u l-aħħar logħba għat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-34 edizzjoni tal-kampjonat tal-LEN f’Budapest. Logħba li l-Maltin kien qed…

Aktar