Waterpolo
Waterpolo – Jake Muscat jilgħab fil-Kampjonat Premier tal-Montenegro fl-età ta’ 17-il sena

Il-plejer ta’ Neptunes Jake Muscat sar l-iżgħar plejer Malti li qatt lagħab fid-Diviżjoni Premier tal-Montenegro. Muscat għandu 17-il sena u ngħaqad ma’ Jadran Carine tal-Montenegro. Jake Muscat iddebutta fil-logħba li Jadran Carine kellhom kontra Kattaro u li rebħuha 12-6. Jake Muscat jilgħab bħala attakkant u huwa parti mit-tim nazzjonali Malti tal-U17. Is-sena li għaddiet, Muscat kien wieħed mill-aqwa plejers tat-tim nazzjonali meta Malta kienet spiċċat fit-tieni post tal-grupp wara rebħiet fuq ir-Rumanija u l-Ukrajna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA