Waterpolo
Waterpolo: Jibdew sensiela ta’ logħbiet ta’ ħbiberija kontra l-Ortigia

Waterpolo hekk kif tkompli l-preparazzjoni intensiva tat-team Nazzjonali Malti qabel id-debutt fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonati Ewropej tal-LEN bl-ewwel logħba kontra Spanja nhar it-Tlieta.

Illejla l-ewwel minn sensiela ta’ erba’ logħbiet kontra t-team professjonali taljan tal-A1 (uno) minn Siracusa, Ortigia li waslu Malta l-bieraħ speċifikament sabiex ikunu sparring team għall-Maltin qabel il-kampjonati ewropej f’Budapest l-Ungerija.

Fil-fatt il-lejla ntlgħabet l-ewwel logħba bejn it-team immexxi minn Karl Izzo u t-team ta’ Ortigia fin-Neptunes Pitch il-Balluta.

Circolo Canottieri Ortigia li huma mmexxija mill-kowċ Stefano Piccardo ġew Malta bl-aħjar players fosthom l-eks goalkeeper tan-nazzjonal Taljana tas-sette bello Stefano Tempesti, Valentino Gallo, Christian Napoletano u Giorgio La Rosa fost oħrajn.

L-ewwel logħba ta’ Malta tkun nhar it-Tlieta kontra Spanja fis-1pm b’xandira diretta fuq TVM2. Wara fl-ordni Turkija u Ungerija il-Ħamis u s-Sibt tal-ġimgħa d-dieħla wkoll.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020 Malta ………9 Olanda……19 (2-5), (2-5), (2-4), (3-5) Telfa fil-ħames u l-aħħar logħba għat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-34 edizzjoni tal-kampjonat tal-LEN f’Budapest. Logħba li l-Maltin kien qed…

Waterpolo

L-Erbgħa fl-10am se tkun il-ħames u l-aħħar logħba tat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ din l-34 edizzjoni tal-kampjonat Ewropew tal-LEN li qed isir f’Budapest l-Ungerija. Ma kienux għaxart’ijiem faċli għall-players u…

Aktar