Waterpolo
Waterpolo: Jingħataw l-unuri tal-BOV Waterpolo Plejers tas-Sena għall-2019

Il-plejers tal-waterpolo bl-aqwa prestazzjoni matul l-istaġun tal-2019 tal-BOV Water Polo ġew ippreżentati bl-unuri tal-BOV Water Polo Plejers tas-Sena għall-2019 matul avveniment li sar fil-Premium Banking Centre tal-Bank of Valletta f’Santa Venera.

L-attakkant istintiv ta’ Sliema ASC, Jerome Gabarretta, kien l-għażla naturali għall-unur tal-Kampjonat BOV Premier wara li kellu prestazzjoni eċċezzjonali matul l-istaġun kollu u ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tax-Xahar kemm għal Lulju kif ukoll għal Settembru.

L-unur tal-aqwa gowler fil-BOV Water Polo L-Ewwel Diviżjoni mar għand il-gowler ta’ Marsaskala, Jurgen Micallef bis-sensiela ta’ sejvs eċċellenti tiegħu, inkluż fl-għoti tal-penalties fil-partita finali tal-kampjonat BOV L-Ewwel Diviżjoni li wasslithom biex jagħmlu d-doppjetta bir-rebħ tat-titlu tal-Kampjonat kif ukoll tan-Knockout f’dan l-istaġun.

Il-vice-captain tat-Tim tan-Nisa ta’ San Ġiljan, Denise Micallef hija l-BOV Water Polo Plejer tan-Nisa għal din is-sena. Wara injury li kellha, Micallef kienet l-arma prinċipali fl-arsenal tal-kowċ Dale Dowling li ra titjib impressjonanti fuq l-istaġun preċedenti.

Fil-kategoriji taż-żgħar, Darren Zammit (San Ġiljan ASC) rebaħ l-unur fil-kampjonat tal-U20 u Jake Muscat (Neptunes WPSC) rebaħ l-unur fil-kampjonat tal-U17. Nico Schiavone u Jayden Cutajar, it-tnejn plejers ta’ Sliema ASC rebħu l-unuri fil-kampjonati tal-U15 u tal-U13, rispettivament.

L-Uffiċjali Kapijiet tal-BOV Anthony Scicluna u Peter Perotti ppreżentaw plakka kommemorattiva lir-rebbieħa kollha fil-preżenza ta’ Joe Caruana Curran, President tal-Aquatic Sports Association ta’ Malta.

Meta tkellem waqt il-preżentazzjoni, Anthony Scicluna awgura lir-rebbieħa kollha u qal li, ‘Bi pjaċir inħabbru li l-Bank of Valletta għal darb’oħra se jġedded l-appoġġ tiegħu lill-Aquatic Sports Association ta’ Malta għat-tliet staġuni li jmiss. Hekk kif qed naraw is-suċċessi li l-ASA qed tikseb kemm lokalment kif ukoll fuq livell internazzjonali, aħna kburin li nkunu parti minn dan il-vjaġġ u nawguraw suċċess lill-parteċipanti kollha fil-Kampjonati Ewropej li ġejjin.’

Ir-rebbieħa f’kull kategorija kienu:
Kampjonat BOV Premier:    Jerome Gabarretta (Sliema ASC)
BOV L-Ewwel Diviżjoni:       Jurgen Micallef (Marsaskala ASC)
BOV Kampjonat tan-Nisa:   Denise Micallef (San Ġiljan ASC)
Kampjonat U/20:                   Darren Zammit (San Ġiljan ASC)
Kampjonat U/17:                   Jake Muscat (Neptunes WPSC)
Kampjonat U/15:                   Nico Schiavone (Sliema ASC)
Kampjonat U/13:                   Jayden Cutajar (Sliema ASC)

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Nhar il-Ġimgha 29 ta’ Novembru se ssir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-ASA, fejn il-President attwali Joe Caruana Curran mhux se jkun ikkontestat għal din il-kariga u allura se jkun elett fil-kariga…

Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej. Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’…

Waterpolo

Illejla jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo tal-LEN li se jintlagħbu f’Budapest l-Ungerija f’Jannar tas-sena d-dieħla. Malta se tkun fl-urna numru 4 fil-polza mal-Ġermanja, Franza, u Olanda. Dan ifisser li permess…

Aktar