Waterpolo: Jitellgħu l-poloz tal-kampjonat tax-Xitwa 2020

Fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq l-ASA organizzat it-tlugħ tal-Poloz tal-kampjonat tax-Xitwa li se jkollu l-parteċipazjoni ta’ 11 -il team li se jkunu sitta fil-Kampjonat Premier u ħamsa fl-Ewwel Diviżjoni.

Dawn il-kampjonati se jibdew it-Tlieta 7 ta’ April u jispiċċaw is-Sibt 9 ta’ Mejju. Iż-żewġ kampjonati se jerġgħu jkunu sponsorjati mill-Bank of Valletta.

Il-Fixtures tal-ewwel ġurnata tal-Kampjonat Premier huma dawn:

It-Tlieta 7 ta’ April: San Ġiljan v Exiles 7.30pm

L-Erbgħa 8 ta’ April: Marsaxlokk v Sliema 7.15pm, Sirens v Neptunes 8.30pm

L-ewwel ġurnata tal-Ewwel Diviżjoni

It-Tlieta 7 ta’ April: Otters v Birżebbuġa 6.15pm

L-Erbgħa 8 ta’ April: Valletta v Ta’ Xbiex 6.00pm

Intant fil-konferenza stampa l-President tal-ASA Joe Caruana Curran qal li l-LEN ħassret il-fixtures kollha fosthom taċ-Champions League tal-irġiel u l-Euro League tan-nisa. Tħassru wkoll l-erba’ gruppi ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew ta’ taħt id-19-il sena li kellhom isiru fit-Turkija, l-Iżrael, Manchester u Malta f’April ġew ikkanċellati u mistennija jsiru f’Mejju dejjem jekk is-sitwazzjoni tal-Coronavirus taqleb għall-aħjar.

Il-President tal-ASA qal li jinsab ottimista li  66 għawwiem u għawwiema Maltin se jmorru l-Lussemburgu għall-swim meet internazzjonali u dan għaliex sa issa l-każijiet ta’ Coronavirus f’dan il-pajjiż hu simili għal Malta, il-kompetizzjoni għada ma’ tħassritx. Dwar l-Easter Meeting 2020 tal-għawm li hu skedat li jsir bejn is-16 u t-18 ta’ April jidher li issa dan jista’ jitħassar minħabba r-restrizzjonijiet tal-ivjaġġar li ġew imposti mill-Gvern Malti minn erba’ pajjiżi fosthom il-Ġermanja, l-Iżvizzera, Spanja u Franza.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar