Waterpolo
Waterpolo: Jittellgħu l-poloz tal-Kampjonat BOV tax-Xitwa…se jibda fit-22 ta’ Marzu

Il-Kampjonat BOV tal-Water Polo tax-Xitwa 2019 se jibda fit-22 ta’ Marzu b’sitt timijiet jikkompetu fil-BOV Premier Division u 5 timijiet li jikkompetu għat-titlu tal-Ewwel Diviżjoni.

Il-poloz ittellgħu waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-uffiċini tal-Aquatic Sports Association of Malta li ġiet indirizzata mill-President tal-ASA Joe Caruana Curran u Anthony Scicluna, uffiċjal Kap tal-Bank tal-Valletta.

“Il-Kunsill tal-ASA dalwaqt se jiltaqa’ biex jiddeċiedi jekk ir-regolamenti l-ġodda tal-logħob introdotti dan l-aħħar mill-FINA humiex ser jiġu adottati għal dan il-Kampjonat”, qal il-President tal-ASA. “Qed nippjanaw li nġibu numru ta’ esperti biex jiltaqgħu mal-klabbs u r-referis tagħna biex niżguraw tranżizzjoni bla xkiel fir-regoli l-ġodda.”

“Fuq nota oħra, aħna kuntenti bil-prestazzjonijiet ta’ numru ta’ plejers żgħażagħ fit-Tazza Enemed li għaddejja bħalissa”, kompla l-President ta ‘l-ASA. “Il-Youth Development Scheme b’kollaborazjoni mal-Bank of Valletta diġà qiegħda tagħti l-frott u din se tkun il-pedament għat-tim nazzjonali tal-futur.”

“Il-Youth Development Scheme hija mmirata biex tgħin lill-plejers żgħażagħ jiksbu esperjenza ta’ taħriġ u logħob barra l-pajjiż u jesperjenzaw livell ogħla milli aħna mdorrijin”, qal il-Kap Uffiċjal tal-BOV Anthony Scicluna. ‘Hu tassew ta’ pjaċir għalina li nkunu assoċjati mal-ASA’.

L-ASA, f’kollaborazzjoni mal-klabbs kollha, tirriserva d-dritt li tmexxi d-dati u l-ħinijiet tal-logħbiet kif meqjus neċessarju. Il-poloz finali bid-dati u l-ħinijiet tal-logħbiet kollha se jinħarġu dalwaqt mill-ASA.

L-ewwel ġurnata se tkun hekk:

Il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu:

18.15 Exiles Elia Caterers – Neptunes Leo Vegas

Is-Sibt 23 ta’ Marzu:

16.15 San Ġiljan Tum Invest – Sirens Green Tube

17.30 Sliema FSRE – Valletta Video Slots

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

ENEMED CUP 2019 FINALI Sirens Greentube…………..5 San Ġiljan TUM Invest……8 (1-1), (2-2), (1-2), (1-3) San Ġiljan rebħu t-Tazza Enemed għat-tieni sena konsekuttiva hekk kif fil-finali tat-Tlieta filgħodu huma rebħu kontra…

Waterpolo

Fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq illum intlagħbu tliet logħbiet mill-Enemed Cup 2019. San Ġiljan Tum Invest 10 Sliema Frank Salt 7 San Ġiljan rebħu tliet sessjonijiet minn erbgħa biex għelbu lis-Sliema bil-punteġġ…

Waterpolo

It-team nazzjonali Malti tal-Waterpolo illum se jkun impenjat f’logħba oħra tar-rawnd Preliminari tal-World League tal-FINA kontra l-Ġermanja. Mil-logħbiet preċedenti Malta tilfet il-logħbiet kollha b’dawn l-iskors: 18-5 kontra r-Russja, 23-9 kontra l-Ġermanja,…

Waterpolo

Dik li lbieraħ kellha tkun logħba waterpolo mill-Kampjonat Super League fir-Russja bejn Sintez Kazan u Spartak Volgograd, intemmet fi ġlieda boxing ‘free for all’ u farsa sħiħa għal dawk l-ispettaturi…

Aktar