Waterpolo
Waterpolo: Kampjonat Nazzjonali tas-Sajf bla barranin

Minkejja li ebda deċiżjoni għadha ma ttieħdet dwar il-kontinwazzjoni tal-Enemed Cup u l-bidu tal-kampjonat tax-Xitwa u dak tas-Sajf jidher li hemm qbil bejn il-Clubs kollha tal-waterpolo li l-kampjonat tas-Sajf ikun pospost b’tal-inqas xahar.

F’Intervista illum ma’ TVM Sport il-President tal-ASA Joe Caruana Curran qal li bħalissa qed ikunu studjati x-xenarji kollha possibli sabiex meta l-awtoritajiet tas-Saħħa jagħtu l-kunsens li l-attivitajiet sportivi jistgħu jkomplu l-ASA tkun lesta tagħmel dan. Kollox qed jindika li hekk kif terġa’ tiftaħ il-Pixxina Nazzjonali it-teams se jkunu qed jingħataw xhar ċans għat-taħriġ qabel ma’ jkunu nvoluti fl-ewwel fixtures tal-kampjonat tas-Sajf. Fl-Intervista Caruana Curran iddikjara li hemm qbil mal-Clubs li għall-kampjonat tas-Sajf għal din is-sena biss se jsir mingħajr il-players barranin.

Dwar il-kampjonat tax-Xitwa TVM Sports jifhem li dan jista’ jintlgħab fuq format differenti f’perjodu iqsar possibilment f’Ottubru. Dwar l-Enemed Cup din hija l-inqas problema għaliex din il-kompetizzjoni fadlilha biss żewġ logħbiet għal kull team biex tiġi fi tmiemha.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar