Sport Lokali
Waterpolo – kuntratt ġdid għas-Serb Orlovic bħala kowċ ta’ San Ġiljan

Waterpolo

Il-leaders tal-Kampjonat BOV Premier San Giljan TUM Invest għadhom kemm ġeddew il-kuntratt tal-kowċ tagħhom is-Serb Marko Orlovic li issa huwa marbut mal-klabb għal sena oħra, sal-aħħar tal-istaġun tas-sena d-diehla, jiġifieri sa Settembru elfejn u tmintax.

Wara għoxrin sena mingħajr unur, fis-sena elfejn u ħmistax San Ġiljan saru Champions tal-Waterpolo Malti, fl-ewwel sena taħt il-gwida tal-kowċ Marko Orlovic.

Segwew aktar suċċessi fejn wara l-Kampjonat il-Ġiljaniżi rebħu total ta’ seba unuri oħra minn tmienja li kkompetew għalihom.

Sadanittant il-President tal-klabb Daniel Aquilina qal li l-fatt li l-klabb offra kuntratt ġdid lill-kowċ f’nofs l-istaġun, huwa sinjal ta’ mpenn u fiduċja f’dan il-kowċ Serb u bla dubju l-ambizzjoni u l-viżjoni komuni li għandhom iż-żewġ partijiet għar-rebħ ta’ aktar unuri, apparti l-investiment kontinwu fit-talent zaghzugh li regolarment jipproduċi l-istess klabb ta’ San Ġiljan.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Il-plejer numru wieħed Novak Djokovic rebaħ l-Open tal-Italja għall-ħames darba fil-karriera meta fil-finali tal-bieraħ għeleb lill-Arġentin Diego Schwartzman b’sets ta’ 7-5 u 6-3. Din ir-rebħa, għal Djokovic, kienet tfisser is-36…

Il-plejer professjonali Malti tas-Snooker Alex Borg illum ħalla Malta biex jibda l-impenji tiegħu fl-istaġun il-ġdid tal-World Snooker Tour. Minħabba l-pandemija tal-Covid-19, it-tournaments għalissa se jintlagħbu kollha fl-MK Stadium ġewwa Milton…

Josef Bonavia u Danica Bonello Spiteri rebħu l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon 2020. Iż-żewġ atleti kisbu wkoll it-titlu tas-Serje Go & Fun BSJ Sprint Triathlon. It-tellieqa kienet mifruxa fuq erba’ tlielaq…

Aktar