Waterpolo
Waterpolo: L-ewwel rebħa għall-Valletta, jirbħu wkol Neptunes u Sliema

Waterpolo: Kampjonat Nazzjonali BOV 2021

Il-bieraħ kompla l-kampjonat tas-sajf tal-waterpolo bi tliet logħbiet li fihom kien hemm ir-rebħiet faċli ta’ Neptunes u Sliema, filwaqt li fil-logħba l-oħra Valletta kisbu l-ewwel rebħa meta għelbu lil Sirens 12-6.
Din forsi kienet l-iktar logħba mistennija f’dan il-programm u valletta kisbu din ir-rebħa li tħallihom b’ċans żgħir li jidħlu ful-kampjonat premier fi tmiem l-ewwel fażi. Valletta kienu superjuri filwaqt li Sirens iddiżappuntaw. Protagonisti għal Valletta kienu Niki Lanzon u Nikolai zammit li skorjaw erba’ gowls kull wieħed.

Kif għidna fil-bidu rebħiet faċli għal Sliema u Neptunes li għelbu rispettivament lil Ta’ Xbiex u Marsaskala. Sliema rebħu 18-6 f’logħba mingħajr storja fejn il-plejer Jerome Gabarretta kien l-aqwa skorer tal-logħba b’ħames gowls.
Neptunes minn naħa tagħhom kisbu t-tielet rebħa konsekuttiva meta għelbu lil Marsaskala 11-1, b’Jake Muscat, Steve Camilleri u Sam Gialanze jiskorjaw tliet gowls kull wieħed.
Il-Kampjonat tas-sajf tal-waterpolo ikompli għada bi tliet logħbiet oħra.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.