Waterpolo
Waterpolo: L-Ungerija Champions tal-Ewropa

L-Ungerija huma ċ-champions Ewropej meta fil-finali li ntlagħbet illejla u li xxandret dirett fuq TVM2, huma għelbu lil Spanja bl-għoti tal-penalties wara erba’ sessjonijiet spettakolari fejn ir-riżultat intemm 9-9.

Iż-żewġ timijiet produċew waterpolo tal-għola livell b’tim minnhom imur fil-vantaġġ u t-tim l-ieħor iġib il-gowl tad-draw ftit tas-sekondi wara. Il-partita damet sejra hekk għal ħafna mill-ħin.

Wara erba’ sessjonijiet, l-iskor baqa’ 9-9 biex kellhom ikunu l-għoti tal-penalties li jiddeċidu min jirbaħ dan il-kampjonat.

Iż-żewġ naħat ma żbaljawx penalty wieħed taqta l-aħħar penalty ta’ Spanja li spiċċa milqugħ mill-goalkeeper Ungeriż.

B’hekk l-Ungerija rebħu dawn il-kampjonati Ewropej 13-il darba fl-Istorja minn meta kienu bdew isiru fl-1926. L-aħħar darba li l-Ungerija rebħu dawn il-kampjonati kien fl-edizzjoni tal-1999 liema kampjonati kienu saru fl-Italja.

Miktub minn...
TVM Sport