Waterpolo
Waterpolo: Malta – Russja t-Tlieta fis-6pm fil-Pixxina tal-Qroqq

Waterpolo: Għada t-team Nazzjonali Malti jilgħab l-ewwel logħba mit-tieni round ta’ kwalifikazzjoni Grupp A tal-Europa Cup, kompetizzjoni b’format ġdid tal-Waterpolo World League organizzata mil-LEN u mill-FINA. Il-logħba ta’ għada se tintlgħab kontra r-Russja fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq fis-6pm.F’Konferenza tal-aħbarijiet illum il-President tal-ASA Joe Caruana Curran spjega kif l-ASA flimkien mal-kowċ Nazzjonali ħasbet li jagħmel sens li t-team Malti jipparteċipa f’din il-kompetizzjoni sabiex f’Ottubru tas-sena 2019 it-team ikun preparat tajjeb u jkun f’forma tajba sabiex jilgħab il-playoffs fuq żewġ legs importanti għall-kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-LEN li se jsir f’Budapest fis-sena 2020.

It-Team Malti fil-grupp apparti r-Russja se jaffronta wkoll lill-Ġermanja u l-Ungerija f’logħbiet oħra li se jintlaghbu fuq perjodu sa Marzu tas-sena d-dieħla.

Minkejja xejn inqas minn erba’ players regolari nieqsa u s-saħħa tar-Russja li huma rrankjati fis-seba’ post fl-Ewropa l-kowċ Nazzjonali Karl Izzo jinsab ottimist li t-team se jkollu wirja tajba .. naraw x’qal Izzo lil Sandro Micallef iktar kmieni llum.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Novaky International Tournament ta’ taħt is-sbatax -il sena li qed isir fl-iSlovakkja. Riżultati sodisfaċenti għat-team Nazzjonali Malti li wara li tilef fl-ewwel ġurnata 15-6 kontra l-Ungerija, iktar tard mal-ġurnata…

Waterpolo

Fil-Pixxina Nazzjonali, mill-Kampjonat BOV Premier, San Ġiljan Tum Invest għelbu lil Sliema Frank Salt Real Estate bil-punteġġ ta’ 12-7. San Ġiljan rebħu l-ewwel tliet sessjonijiet, 4-1, 2-1 u 3-1, bir-raba’…

Waterpolo

LEN Men’s European U15 Water Polo Championships 2019 Tournament ta’ Kwalifikazzjoni – Group B Żewġ telfiet fl-ewwel żewġ logħbiet għat-team Nazzjonali Malti tal-Waterpolo ta’ taħt il-15 -il sena fl-iSlovenja f’dan…

Aktar