Waterpolo
Waterpolo: Malta tegħleb lill-Portugall u tikkwalifika għall-Kampjonat Ewropew Budapest 2020

Malta kkwalifikat għall-Kampjonat Ewropew tal-LEN li se jsir f’Budapest is-sena d-dieħla meta fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq, għelbet lill-Portugall b’punteġġ ta’ 12 għal 10.

Din kienet it-tielet kwalifikazzjoni konsekuttiva għal Malta fl-għola kampjonat Ewropew possibbli tal-waterpolo.

Il-Maltin kellhom prestazzjoni mill-aqwa u dehru determinati li jergġħu jakkwistaw din il-kwalifikazzjoni.

L-aqwa skorer għal Malta kien Stevie Camilleri li sab ix-xibka ħames darbiet bis-seba’ gowls l-oħra jiġu skurjati minn Oruiel Cousin, Dino Zammit, Matthew Zammit (2 kull wieħed), u wieħed minn Jeroma Gabarretta.

Malta jmissa tilgħab partita oħra għada filgħodu kontra r-Rumanija. F’każ ta’ rabħa oħra, Malta tirbaħ Grupp Ċ.

Il-partita tibda fl-10.00am.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo tilef bl-iskor ta’ 13 -7 kontra r-Rumanija fl-aħħar partita ta’ Grupp C ta’ grupp ta’ kwalifikazzjoni, Kampjonat Ewropew tal-LEN. Telfa li kienet ikkundizzjonata bi tkeċċija prematura…

Waterpolo

It-Team Nazzjonali Malti illum irritorna lura minn training camp li kien qed isir fi Sqallija bħala parti mill-preparazzjoni għaż-żewġ logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew tal-LEN tas-sena d-dieħla. Malta se tkun…

Sport Lokali

Waterpolo LEN Euro cup 2019 : Hekk kif il-bieraħ fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq is-selezzjoni Maltija taħt l-isem ta’ Valletta Waterpolo Club tilfu bl-iskor ta’ 13 bi 8 kontra Posilipo, illum it-tim…

Aktar