Waterpolo
Waterpolo: Malta tilgħab l-ewwel partita llum kontra Spanja fis-13.00; diretta fuq TVM2

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo llum jilgħab l-ewwel partita mill-Kampjonat Ewropew tal-LEN fi Grupp C kontra Spanja.

Il-partita tibda fis-13.00 u tixxandar dirett fuq TVM2 b’kummentarju ta’ Sandro Micallef.

It-tim nazzjonali Malti ħalla pajjiżna f’titjira lejn Budapest il-Ħadd filgħodu.

Il-kowċ Karl Izzo mexxa sessjonijiet ta’ taħriġ il-Ħadd filgħaxija stess u tnejn oħra lbieraħ.

TVM, TVM2 u tvm.com.mt/sport se jkun qed iwasslu servizzi estensivi kuljum tal-avventura tat-tim nazzjonali Malti fil-kampjonat Ewropew tal-LEN.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Tħabbret il-mewt ta’ Victor Cachia eks referee internazzjonali Malti tal-waterpolo. Cachia beda jikkontrolla logħbiet tal-ogħla diviżjoni fil-kampjonat Malti fl-1970 fejn kien kunsidrat l-aqwa referee ta’ dak iż-żmien bil-maġġoranza tal-logħbiet li…

Għawm

Hekk kif mil-lum uffiċjalment ġew illaxkati xi miżuri għat-taħriġ ta’ Sport outdoor, TVM Sport jista’ jikkonferma li l-għawwiema u l-players tal-waterpolo jistgħu jibdew jitħarrġu fil-Pixxina tal-Qroqq minn nhar it-Tnejn hekk…

Għawm

L-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku l-ASA fi stqarrija qed tagħmel appell lill-awtoritajiet tas-Saħħa sabiex hekk kif se jiġu rilaxxati aktar miżuri fosthom bil-ftuħ ta’ aktar attivita’ kummerċjali bħal restaurants, nail technicians u…

Aktar