Waterpolo
Waterpolo: Malta titlef 8-4 kontra s-Slovakkja

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020

Slovakkja……8

Malta…………4

(3-1), (2-1), (1-2), (2-0)

Telfa ta’ 8-4 għat-team Nazjonali Malti tal-Waterpolo hekk kif fir-raba’ logħba ta’ dan il-kampjonat il-Maltin affrontaw l-iSlovakkja għal-logħba għall-aċċess fil-finali tat-13 -il post. Wara tliet telfiet fil-fażi tal-gruppi il-players affrontaw dan il-konfront bl-aħjar mod li setgħu.

Telfa li ma tħammarx wiċċ il-players Maltin anzi telfa li waslet f’partita b’wirja qalbiena sabiex b’hekk nistgħu ngħidu li l-players pattew bil-kbir għar-riżultat negattiv ta’ kontra l-Ungerija.

Kontra l-iSlovakkja l-Maltin kellhom lil Stevie Camilleri bl-aħjar wirja tiegħu sa issa hekk kif skorja l-erba’ goals tal-Maltin minn disa’ okażjonijiet ta’ skor li kellu perċentwal ta’ preċiżjoni personali ta’ 44%.

L-ewwel sessjoni tlifniha 3-1 filwaqt li t-tieni sessjoni tlifniha wkoll 2-1 bi Stevie Camilleri f’din is-sessjoni jiskorja t-tieni goal personali minn penalty u jagħmel l-iskor sa dak il-ħin ta’ 4-2 iżda s-sessjoni għalqet b’goal ieħor Slovakk skorjat minn Maros  Tkac għal 5-2 parzjali.

Fit-tielet sessjoni rajna l-aħjar tal-Maltin b’żewġ goals oħra ta’ Stevie Camilleri li minn 6-2 minn taħt ġabu d-diskatkk biss ta’ żewġ goals meta skorja il-goal tas-6-3 u dak tas-6-4 sabiex it-team daħal jistrieħ qabel l-aħħar sessjoni b’moral għoli u l-pressjoni kollha fuq l-Islovakki.

Iżda żewġ goals fil-bidu tar-raba’ sessjoni qatawlna saqajna meta l-aħjar player tagħhom Juraj Zatovic u Martin Kolarik skorjaw żewġ goals oħra għal 8-4 minn hemm tliet okkażjonijiet oħra ta’ man up fl-ilma għall-Malta li ma ġewx sfruttati tajjeb. B’kollox tul l-erba’ sessjonijiet il-Maltin kellhom seba’ okażjonijiet ta’ raġel iktar fl-ilma li minnhom skorjajna wieħed biss.

Għall-Islovakki t-tmien goals tagħhom ġew skorjati minn Juraj Zatovic 4, u goal kull wieħed minn Marek Molnar, Maros Tkac, Martin Kolarik u Samuel Balaz.

Issa il-players jikkonċentraw fuq l-aħħar logħba dik ta’ nhar l-Erbgħa fl-10am għall-15 u s-16 -il post kontra l-Olanda li tilfu 9-8 kontra Franza. Din se tkun l-ewel darba li Malta u l-OLanda se jiltqgħu kontra xulxin fil-kampjonati Ewropej.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

L-Ungerija huma ċ-champions Ewropej meta fil-finali li ntlagħbet illejla u li xxandret dirett fuq TVM2, huma għelbu lil Spanja bl-għoti tal-penalties wara erba’ sessjonijiet spettakolari fejn ir-riżultat intemm 9-9. Iż-żewġ…

Waterpolo

Il-finali tal-kampjonat Ewropew tal-waterpolo tal-Len 2020 se tixxandar diretta llejla fuq TVM2 fis-19.00 b’kummentarju ta’ Sandro Micallef. Il-finali se tintlagħab bejn l-Ungerija, li ospitaw dawn il-kampjonati u Spanja. It-tim nazzjonali…

Waterpolo

KAMPJONAT EWROPEW LEN 2020 Malta ………9 Olanda……19 (2-5), (2-5), (2-4), (3-5) Telfa fil-ħames u l-aħħar logħba għat-team Nazzjonali Malti tal-waterpolo fl-34 edizzjoni tal-kampjonat tal-LEN f’Budapest. Logħba li l-Maltin kien qed…

Aktar