Waterpolo
Waterpolo: Malta titlef kontra r-Rumanija; iżda l-Kampjonat Ewropew 2019 f’Budapest jibqa’ ċertezza

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo tilef bl-iskor ta’ 13 -7 kontra r-Rumanija fl-aħħar partita ta’ Grupp C ta’ grupp ta’ kwalifikazzjoni, Kampjonat Ewropew tal-LEN.

Telfa li kienet ikkundizzjonata bi tkeċċija prematura ta’ Stevie Camilleri li tkeċċa fi tmiem it-tieni sessjoni.

Ir-Rumanija approfittaw min-nuqqas ta’ din il-pedeina importanti għal Malta u ħadu vantaġġ komdu fit-tielet sessjoni ta’ erba’ gowls.

Is-seba’ gowls ta’ Malta ġew skurjati minn Stevie Camilleri (3), Matthew Zammit (2), u gowl għal Joran Camilleri u Jeremy Abela.

It-tim nazzjonali spiċċa fit-tieni post fil-grupp u xorta akkwista il-kwalifikazzjoni għat-tielet darba konsekuttiva gtħall-Kampjonat Ewropew tal-Len li se jsir f’Budapest l-Ungerija, f’Jannar tas-sena d-dieħla.

Malta rebħet l-ewwel partita tal-bieraħ kontra l-Portugall bi skor ta’ 12 għal 10 li kienet biżżejjed biex tassigura l-kwalifikazzjoni.

Il-partita bejn Malta u r-Rumanija tixxandar fuq TVM fis-14.30.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Waterpolo

Waterpolo: Kampjonat Ewropew tal-LEN 2020, sar magħruf uffiċjalment il-kalendarju ta’ logħbiet tat-team Nazzjonali Malti għal dan il-kampjonat li se jsir fl-Ungerija bejn l-14 u l-24 ta’ Jannar tas-sena d-dieħla. L-ewwel logħba…

Waterpolo

Malta telgħet biex tilgħab fi Grupp Ċ mat-Turkija, Spanja u l-ospiti Ungeriżi fil-kampjonati Ewropej tal-LEN tal-Waterpolo f’Budapest f’Jannar li ġej. Il-poloz ittellgħu illejla f’Budapest stess: bis-sittax-il team finalista maqsuma f’erba’…

Waterpolo

Illejla jitilgħu l-poloz tal-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo tal-LEN li se jintlagħbu f’Budapest l-Ungerija f’Jannar tas-sena d-dieħla. Malta se tkun fl-urna numru 4 fil-polza mal-Ġermanja, Franza, u Olanda. Dan ifisser li permess…

Aktar