Waterpolo
Waterpolo: Marsascala 9 – Birżebbuġa 10

Marsascala…….9         

B’Bugia……….. 10
(2-4) (1-2) (3-3) (3-1)

 

Partita pożittiva għal B’Bugia fejn fl-ewwel sessjoni mill-ewwel urew li kienu se jkunu viċin l-avversarji.

Il-barrani ta B’Bugia, Sergi Mora, kien strumentali fit-tim bit-tqassim u bil-mod kif idawwar il-logħob.

Lewwel sessjoni spiċċat 4-2 favur BBugia.

It-tieni sessjoni kienet ftit iżjed kwieta bil-logħob ‘il fuq u l-isfel bis-sessjoni tagħlaq 2-1 favur l-istess B’Bugia.

Wara l-mistrieħ, iż-żewġ timijiet ħargu aktar determinati biex jirbħu s-sessjoni tant li sessjoni għalqet f’parita ta’ 3-3.

Minkejja li fl-aħħar sessjoni, Marsascala rebħu s-sessjoni 3-1, dan ma kienx biżżejjed biex jirbħu logħba.

Top scorer kien Sergi Mora b’erba’ gowls.

Referees tal-partita: Mario Dalli / Luca Castagnola

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar